chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Blog

L-edukazzjoni għall-adulti u tkabbir fil-benessri

29/12/2017
by Mahira Spiteri
Lingwa: MT
Document available also in: EN
 

Daħla

 

Matul ix-xahar ta’ Settembru 2017, attendejt għal ‘Resurgence Festival of Wellbeing’, fejn is-suġġett ‘Mit-Tkabbir Ekonomiku għal Tkabbir fil-Benessri’ kien diskuss. Kollha nafu li s-sens ta’ benessri hu dak li jimporta l-aktar fil-ħajja. Imma f’ekonomija neoliberali, fejn is-suċċess spiss jissarraf fi flus, kif fissirha sew il-festival, neħtieġu “moviment ġdid ta’ għarfien u azzjoni li ġġib tifsira lill-ħajja u li jpoġġi l-benessri tal-komunità fil-qalba tat-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi u soċjali” (Resurgence, 2017, par. 1).

Hemm ħafna kunċettwali ta’ benessri, iżda wieħed li jolqot il-ġist tal-artiklu miktub minn White (2010) hu:

...benessri ... jidentifika tliet dimensjonijiet ewlenin: il-materjal, ir-relazzjonali u s-suġġettiv. Il-materjal hu magħmul minn assi, benessri u standardi tal-għajxien. Għal analiżi prattika, ir-relazzjonali hi maqsuma f’żewġ sferi - is-soċjal: relazzjonijiet soċjali u aċċess għal beni pubbliċi; u l-uman: kapaċitajiet, attitudnijiet għal ħajja u relazzjonijiet personali. Is-suġġettiv ukoll għandu żewġ aspetti: fuq naħa l-perċezzjonijiet tan-nies tal-pożizzjonijiet tagħhom (materjali, soċjali, u umani), u fuq l-oħra għandek il-valuri kulturali, ideoloġiji u twemmin. (p.161)

X’inhu r-rwol tal-Edukazzjoni għall-Adulti biex timbotta mentalità li tippreferi tkabbir fil-benessri milli tkabbir fl-ekonomija? Dan hu partikolarment pertinenti għax “l-edukazzjoni, speċjalment edukazzjoni għall-adulti, spiss hi preżentata bħala strument ta’ bidla soċjali li tista’ tippromwovi żvilupp soċjali u l-benessri” (Doutor, Marrocos, Quintas, Ribeiro & Fragoso, n.d., p. 1).

 

Edukazzjoni għall-Adulti u l-Benessri

Hawn ħames riflessjonijiet, fl-ebda ordni partikolari, li jippruvaw jitfgħu dawl fuq din il-mistoqsija kritika.

 

Tiġi sfidata l-Paradigma tal-Edukazzjoni għall-Adulti

Biex timxi 'l bogħod minn mudell ta' tkabbir ekonomiku lejn mudell ta' tkabbir fil-benessri jeħtieġ li l-mudell tal-edukazzjoni għall-adulti jiġi sfidat u jkun mibni fuq l-istrumentalizzazzjoni tal-edukazzjoni għall-adulti bħala servizz għall-ekonomija u s-suq tax-xogħol u l-oġġettifikazzjoni ta' persuni bħala għodda flessibbli fis-sistema neoliberali. Tali bidla hija ġġustifikata sew fis-sens li diġà nafu l-ispejjeż tal-enfasi attwali fuq it-tkabbir ekonomiku li wassal għad-degradazzjoni ambjentali, it-tibdil fil-klima, l-iskart, il-migrazzjoni sfurzata, il-faqar u l-inugwaljanza. Traġedji li affettwaw ħażin it-tliet oqsma ewlenin ta’ benessri identifikati hawn fuq, bil-faqar u l-inugwaljanza jolqtu fil-qofol tad-dimensjoni materjali, u t-tensjonijiet varji tal-mudell tat-tkabbir ekonomiku li spiss joħloq kaos fid-dimensjonijiet relazzjonali u suġġettivi. Biżżejjed tħares lejn it-traġedji ta’ ħajjiet mitlufa permezz ta’ immigrazzjoni sfurzata waqt li jkunu qegħdin jaqsmu l-Baħar Mediterran u l-għadd ta’ familji mifruda madwar il-kontinenti. Biżżejjed tħares lejn kif it-tniġġis qed jaffettwa saħħitna u l-benessri tagħna. Il-bidla fil-paradigma qatt ma nħasset daqshekk urġenti daqs qatt qabel.

 

Edukazzjoni għal Żvilupp Sostenibbli

Ir-raba’ għan tal-Għanijiet għal Żvilupp Sostenibbli hu li tkun assigurata edukazzjoni ta’ kwalità. Hawn wieħed jeħtieġ li jagħmel analiżi tal-kelma ‘kwalità’. Wieħed jista’ jkollu edukazzjoni li twassal għal xogħol tajjeb, rispettabbli u mħallas sew imma l-kwalità tal-ħajja tiegħu kapaċi tkun miserabbli. Wieħed jista’ jkollu edukazzjoni stressanti li twasslu għal xogħol stressanti. Forsi ħjiel tajjeb għar-rwol tal-edukazzjoni għall-adulti hi li tassigura l-benessri tal-mira 4.7 li tinsab f’dan il-għan:

Sal-2030, nassiguraw li l-istudenti kollha jiksbu l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jippromwovu żvilupp sostenibbli, li jinkludi fost oħrajn, permezz ta’ edukazzjoni għal żvilupp u stili ta’ ħajja sostenibbli: drittijiet tal-bniedem, ugwaljanza fil-ġens, promozzjoni ta’ kultura għal paċi u mhux ta’ vjolenza, ċittadinanza globali u apprezzament tad-diversità kulturali u l-kontribuzzjoni kulturali għal żvilupp sostenibbli.

Dan jeħtieġ li l-edukaturi tal-adulti jdaħħlu l-Edukazzjoni għal Żvilupp Sostenibbli (ESD) fil-programmi tagħhom. Min-naħa tiegħu dan jeħtieġ li l-edukaturi għall-adulti jitħarrġu adegwatament fl-ESD biex iħossuhom kunfidenti u kompetenti jagħtu dawn it-tip ta’ programmi. Dan joħloq sfida minħabba li l-Edukazzjoni għall-Adulti ġa tbati minn status baxx b’mod ġenerali, iktar u iktar jekk se tħallat suġġetti transversali bħal ESD, li għadhom fil-bidu tagħhom.

 

Il-parteċipazzjoni bħala Benessri

Doutor et al. (n.d.) ippruvaw jitfgħu dawl fuq safejn tista’ l-parteċipazzjoni fi programmi ta’ edukazzjoni għall-adulti twassal biex dawn iħossuhom iktar awtonomi, ottimisti u kunfidenti fihom infushom. Forsi mhix sorpriża li dawn ir-riżultati juru li “dawn l-adulti kollha għandhom is-sentiment suġġettiv li meta jmorru lura għat-tagħlim - dan għamilhom iktar awtonomi, ottimisti u kunfidenti fihom infushom (p. 88)” – li juri kif l-att tal-parteċipazzjoni jikkontribwixxi għad-dimensjoni suġġettiva tal-benessri. Barra minn hekk, ir-ritorn tagħhom fl-edukazzjoni biddel it-twemmin dwar il-valur tal-edukazzjoni, tagħlim u taħriġ, u b’hekk ħoloq attitudni pożittiva lejn il-ħajja li trid titgħallem. Għidt li mhux b’sorpriża għax studji tal-parteċipazzjoni juru, żmien wara żmien, li l-benefiċċji tal-partiċipazzjoni, mhux l-inqas permezz tax-xogħol tal-pijunier Robert Chambers (1997), jappoġġjaw mudell li jiffoka fuq il-bniedem u li jpoġġi l-iktar fqir l-ewwel. Xogħlu hu stedina għalina bħala edukaturi tal-adulti, biex nibqgħu għassa, nevitaw kull forma ta’ manipulazzjoni (sottili) u nqisu mistoqsijiet bħal kemm xogħolna hu ġenwinament parteċipatorju u liem vuċijiet qed jiġu inklużi u esklużi. 

 

Post għall-Arti

Li sibt partikolarment interessanti fil-festival li attendejt hu li kien festival tal-arti u l-benessri, u bħala udjenza ma kellniex biex preżentazzjonijiet interessanti u stimulanti, imma kellna wkoll mużika, drama u poeżija. Għalhekk ma kienx festival dwar il-benessri imma festival bħala benessri. Kif qalet Margaret Hodge fil-pubblikazzjoni ‘Restoring the Balance’:

L-arti hi msejsa fuq is-sentiment – hiex sinfonija ta’ Mahler, kapulavur ta’ Rothko jew poeżija ta’ Sylvia Plath – l-arti tista’ tqajjem l-ispirti u ssaħħaħ ir-ruħ, tista’ tgħinna nagħmlu sens mill-inħawi ta’ madwarna ... tista’ taffettwa u tbiddel individwu fundamentalment. Hi preċiżament din il-kwalità li tagħti l-arti l-benefiċċju intrinsiku u s-setgħa li tħalli impatt pożittiv fuq il-benessri tan-nies. Hi xi ħaġa li l-artisti ilhom jafu għal dawn l-aħħar eluf ta’ snin. Kif qal Eskilu, missier il-kummiedja Griega, “il-kliem huma t-tobba ta’ moħħ marid.” Imma hi xi ħaġa li dawk li jfasslu l-politka u l-fundaturi issa bdew jifhmu sew. (Devlin, n.d., p. 6)

Forsi mhux biss dawk li jfasslu l-politka u l-fundaturi, imma bħala edukaturi għall-adulti, fadal ħafna xi jsir biex nintegraw l-arti fix-xogħol edukattiv tagħna, fis-sens li l-arti tista’ tikkontribwixxi pożittivament għad-dimensjonijiet relattivi u suġġettivi tal-benessri kif inhuma riferuti fid-definizzjoni, għall-parteċipanti u l-komunitajiet tagħhom.  

 

Kuntest

Il-benessri jeħtieġ kuntest ta’ ambjenti ta’ sapport u fehim li l-kuntesti soċjali li qed jgħixu fihom in-nies. Probabbli kollha smajna dwar nies li m’għandhomx qraba viċin tagħhom li sabuhom mejtin weħidhom f’darhom wara ġranet sħaħ, minħabba aljenazzjoni u tkissir fir-relazzjonijiet tal-komunità. Kuntistabbli li rreaġixxa għal każ hekk fl-Awstralja qal: “Il-ħajja hi logħba bejn team u teħtieġ ftit nies oħra madwarek biex tkun żgur li tirnexxi, kultant” (Kidd, 2017). Din hi wkoll stedina għal edukaturi għall-adulti biex jikkontestwalizzaw xogħolhom f’mudell emerġenti li jippreferi l-kollaborazzjoni mill-kompetizzoni u jifhem l-aljenazzjoni attwali bejn in-nies sinjuri u fqar u l-bżonn li (jerġa’) joħloq komunità ġenwina. Dan jimxi wkoll mal-konklużjonijiet ta’ CONFINTEA V (il-ħames Konferenza Internazzjonali għall-Edukazzjoni tal-Adulti) li “jorbtu kwistjonijiet ambjentali u soċjali u jsibu problemi ambjentali fil-kuntest tal-ħajja u l-azzjoni tagħna ta’ kuljum, li huma sfidi importanti għall-Edukazzjoni Ambjentali Adulta (UIE, 1997b, p.5).”

 

Tmiem

Hawnhekk poġġejt ħames punti biex jitqiesu ħalli nifhmu aħjar ir-rwol tal-Edukazzjoni għall-Adulti biex timbotta mentalità li tippreferi tkabbir fil-benessri. Din il-lista għadha ma tlestietx. Interessat nisma’ l-opinjonijiet tagħkom dwar din il-mistoqsija. Għalija hu ċar li hemm bżonn issir bidla fuq livell strutturali kif ukoll fuq livell aktar personali/ micro. Kif issuġġerixxa White (2010, p. 171), “Li tippromwovi l-benessri tan-nies fqar u esklużi se jfisser li tbiddel it-termini li bihom huma jingaġġaw mal-oħrajn u kif l-oħrajn jingaġġaw magħhom fuq livelli strutturali u fuq dawk iktar immedjati”. Din weħidha hi prattika tal-aspetti relazzjonali tal-benessri – xi ħaġa li edukaturi għall-adulti jistgħu jintegraw sew fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum, bl-għarfien li l-eżempju jkaxkar fejn jidħlu l-valuri.

 

Referenzi

Chambers, R. (1997). Whose reality counts?: Putting the first last. London: Intermediate Technology.

Devlin, P., (n.d.).  Restoring the balance: The effect of arts participation on wellbeing and health. Retrieved from http://www.artsforhealth.org/resources/VAE_Restoring_the_Balance.pdf

Doutor, C., Marrocos, L., Quintas, H., Ribeiro, C.M. & Fragoso, A. (n.d.). Adult Education, Learning and Well-Being: New Opportunities for Life. Retrieved from http://www.leeds.ac.uk/educol/documents/209898.pdf

Kidd, J. (2017, July 19). Police officer tells people to get off Facebook, reach out to elderly after isolated couple found dead. ABC News. Retrieved from http://www.abc.net.au/news/2017-07-18/police-officer-pens-appeal-after-elderly-couple-found-dead/8721556

Resurgence & Ecologist, (2017). Resurgence Festival of Wellbeing. Retrieved from https://www.resurgence.org/take-part/resurgence-events/wellbeing-festival-2017.html

UIE (UNESCO Institute for Education). (1997b). Adult environmental education: Awareness and environmental action. Hamburg: UNESCO-Institute for Education. Retrieved from http://www.unesco.org/education/uie/confintea/pdf/6a.pdf

White, S. C. (2010). Analysing wellbeing: a framework for development practice. Development in Practice, 20: 2, pp. 158-172. https://doi.org/10.1080/09614520903564199 

 

 

 

Share on Facebook Share on Twitter Share on Google+ Share on LinkedIn