chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Blog

Tmien suġġerimenti ewlenin għat-tagħlim interġenerazzjonali b'suċċess

25/11/2016
by Mahira Spiteri
Lingwa: MT
Document available also in: EN DE ES FR IT PL ET LT NL

 

Andrew McCoshan jirrevedi xi wħud mill-letteratura dwar it-tagħlim interġenerazzjonali biex jidentifika l-ingredjenti ta' suċċess.

It-tagħlim interġenerazzjonali - fejn in-nies ta' kull età jistgħu jitgħallmu flimkien u mingħand xulxin - dejjem kien karatteristika tal-komunitajiet tal-bniedem. Iżda fl-aħħar snin it-tħassib dwar id-diviżjonijiet bejn persuni bbażat fuq l-età, stimula interess ġdid. Fl-1993 stħarriġ tal-Eurobarometer żvela l-fatt sorprendenti li kważi wieħed minn kull tliet persuni li għandhom 'il fuq minn 60 sena qalu li bil-kemm kellhom jew qatt ma kellhom kuntatt ma' nies ta' taħt l-età ta' 25. Il-popolazzjoni li qed tixjiħ fl-Ewropa, flimkien ma' bidliet soċjali strutturali, iffokat l-attenzjoni fuq il-ħtieġa li jinġiebu flimkien l-anzjani u ż-żgħażagħ biex jegħlbu l-isterjotipi negattivi li jistgħu jinqalgħu bejn il-ġenerazzjonijiet jekk dawn ma jinteraġixxux u biex jibnu l-koeżjoni soċjali.

L-iskambju tal-għarfien u tal-kompetenzi bejn persuni ta' etajiet differenti naturalment mhijiex xi ħaġa ġdida -hija karatteristika, per eżempju, ta' apprendistat. Madankollu, il-punt fokali hawnhekk huwa dawk l-attivitajiet li jfittxu li jġibu l-anzjani u ż-żgħażagħ flimkien għall-benefiċċju reċiproku tagħhom. Tistgħu taraw xi eżempji tagħhom fil-kaxxa. 

Eżempji ta' tagħlim interġenerazzjonali

• Persuni anzjani u żgħażagħ jiġu flimkien biex jaqsmu esperjenzi ta' tagħlim u jiksbu għarfien aħjar dwar xulxin

• Voluntiera anzjani jipprovdu mentoring lill-istudenti fi skola

• Voluntiera żgħażagħ jipprovdu servizzi u appoġġ lill-anzjani - jgħinhom imorru jixtru, jaqrawlhom, iżuruhom, jagħmlulhom xi qadjiet

• Voluntiera anzjani jappoġġjaw ġenituri żgħażagħ

• Tfal żgħar iżuru persuni bid-dimenzja f'ambjenti residenzjali

• Persuni anzjani jaħdmu mal-istudenti fuq proġett biex jippromwovi l-iskambju kulturali permezz tal-istorja orali jew l-arti

• Persuni minn ġenerazzjonijiet differenti jaħdmu flimkien biex jittrasformaw żona ta' skart f’park lokal.

Sors: EAGLE (2008) Intergenerational Learning in Europe: Policies, Programmes & Practical Guidance(link esterna)

Madwar firxa ta' attivitajiet daqshekk diversa, nistgħu nidentifikaw xi fatturi komuni li jgħinuhom ikun suċċess? Reviżjoni tal-letteratura [1] turi li lil hinn mill-prinċipji normali ta' ġestjoni effettiva bħat-twaqqif ta' oġġettivi realistiċi, pjanijiet li jistgħu jintlaħqu u rwoli u responsabbiltajiet ċari, hemm għadd ta' ingredjenti speċifiċi li jidhru li huma importanti:

 

1. Nifhmu fejn it-tagħlim interġenerazzjonali jista' jagħmel differenza kbira.

Pedament importanti hu li wieħed jifhem is-sitwazzjoni bejn iż-żgħażagħ u persuni anzjani, in-natura tal-perċezzjonijiet u l-isterjotipi u l-parti li jilgħabu l-preġudizzji, bħat-tixjiħ. Kwistjoni ewlenija hija: l-attività verament tgħin biex tkisser l-ostakoli bejn il-ġenerazzjonijiet?

 

2. Niżguraw li hemm benefiċċju reċiproku għaż-żgħażagħ u għall-anzjani.

L-attivitajiet jeħtieġ li jkunu adattati u interessanti għal kulħadd, għalkemm jista' jkun diffiċli li tidentifika "rebħiet reċiproċi". L-esperjenza tissuġġerixxi li kuntatt bejn il-ġenerazzjonijiet f'attività ta' tagħlim teħtieġ li tkun regolari (bosta sigħat fil-ġimgħa) u testendi fuq diversi xhur, sabiex tkun effettiva.

 

3. Nifhmu l-ħtiġijiet u l-motivazzjonijiet ta' parteċipanti potenzjali.

Il-motivazzjonijiet tal-anzjani għandhom tendenza li jkunu altruisti, biex jgħaddu l-ħiliet u l-għarfien. Iż-żgħażagħ għandhom ikunu involuti sabiex jikkontribwixxu għall-komunitajiet tagħhom.

 

4. Inkunu sensittiv fil reklutaġġ tal-parteċipanti.

Inkunu sensittivi għall-isfondi, l-esperjenzi preċedenti u l-perċezzjonijiet tan-nies, niżguraw li tinżamm il-kunfidenzjalità, insiru nafu l-aspettattivi tagħhom f'termini tal-involviment tagħhom u l-appoġġ disponibbli.

 

5. Nippreparaw il-ġenerazzjonijiet separatament.

Inkellmuhom dwar x'jistennew mingħand xulxin u kif jaħsbu li jistgħu jġibu ruħhom, u nistabbilixxu regoli bażiċi ċari bħal kif jirrispettaw l-opinjonijiet ta' xulxin anke meta ma jaqblux.

 

6. Niżguraw li l-professjonisti involuti fit-tagħlim interġenerazzjonali għandhom il-ħiliet meħtieġa.

Nifhmu l-attivitajiet - dan jinkludi mhux biss dawk involuti fl-iżvilupp u l-irwoli ta' gwida iżda persunal ta' appoġġ vitali bħall-persunal tal-kura fid-djar residenzjali.

 

7. Nagħmlu l-kontenut u l-ambjent attraenti kemm għall-parteċipanti anzjani kif ukoll għal dawk iżgħar.

It-tagħlim interġenerazzjonali għandu t-tendenza li jaħdem aħjar barra mill-klassijiet tradizzjonali u t-tagħlim ibbażati fuq il-gruppi, u ħafna drabi huwa bbażat madwar proġetti speċifiċi bħall-istorja tal-komunità. Il-post ta' tagħlim għandu jkun komdu anke għal dawk in-nies li huma l-aktar diffiċli li jkunu involuti.

 

8. Nirrikonoxxu u nivvalidaw l-attivitajiet.

Dan huwa importanti speċjalment għaż-żgħażagħ fejn jista' jkun diffiċli għaż-żgħażagħ li jdaħħlu attivitajiet ta' tagħlim bejn il-ġenerazzjonijiet madwar l-impenji edukattivi formali tagħhom; imma l-persuni anzjani jagħtu wkoll valur lill-validazzjoni tal-kompetenzi l-ġodda tagħhom!

 

Andrew McCoshan ħadem fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal aktar minn 25 sena. Għal aktar minn 10 snin huwa speċjalizza fl-istudji tal-iżvilupp tal-politika u tal-evalwazzjonijiet għall-UE. Andrew bħalissa huwa konsulent freelance u Espert ECVET għar-Renju Unit. Huwa kien ukoll l-espert dwar il-kwalità għan-Netwerk tat-Tagħlim Transnazzjonali FSE dwar il-mobbiltà għaż-żgħażagħ żvantaġġati u l-adulti żgħar.


[1] Sorsi utli jinkludu l-Mappa Ewropew għat-Tagħlim Interġenerazzjonali(link estern) u Il-Kummissjoni Ewropea / ICF / GHK (2012) It-Tagħlim għat-Tixjiħ Attiv u t-Tagħlim Interġenerazzjonali: Rapport Finali

 

 

Share on Facebook Share on Twitter Epale SoundCloud Share on LinkedIn