chevron-down chevron-left chevron-right chevron-up home circle comment double-caret-left double-caret-right like like2 twitter epale-arrow-up text-bubble cloud stop caret-down caret-up caret-left caret-right file-text

EPALE

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

 
 

Dwar

EPALE hija komunità multilingwi bi sħubija miftuħa għall-għalliema, għal dawk li jipprovdu taħriġ, għar-riċerkaturi, għall-akkademiċi, għal dawk li jfasslu l-politika u għal kull min għandu rwol professjonali fit-tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa.

EPALE hija inizjattiva tad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura tal-Kummissjoni Ewropea. Din hija stabbilita fuq il-bażi tal-kondiviżjoni tal-kontenut relatat mat-tagħlim tal-adulti, inkluż l-aħbarijiet, il-blog posts, ir-riżorsi, u l-avvenimenti.

Il-Komunità hija fil-qalba ta’ EPALE. Il-Membri tal-Komunità jistgħu jinvolvu rwieħhom ma’ kollegi tat-tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa permezz tal-karatteristiċi tas-sit, inkluż il-forums, il-komunitajiet ta’ prattika u t-taqsimiet tal-kummenti. Tista’ ssib artikli u riżorsi dwar suġġetti speċifiċi permezz tal-oqsma tematiċi. Tista’ tfittex ukoll proġetti u tagħmel konnessjonijiet professjonali bl-użu tal-għodda Fittex Sħab. [Tgħallem iżjed dwar kif tissieħeb mal-komunità ta’ EPALE].

EPALE għandha politika editorjali b’saħħitha li hija ffukata wkoll fuq il-komunità tat-tagħlim tal-adulti. Aħna rridu li l-utenti kollha tagħna jħossuhom milqugħin fis-sit tagħna, u li jafdaw l-informazzjoni li hija ppreżentanta fuq din il-pjattaforma. Aqra d-dikjarazzjoni sħiħa tal-politika editorjali tagħna (PDF, 307 KB).

Fuq bażi ta’ jum għal jum EPALE hija ġestita minn Tim Ċentrali ta’ Appoġġ bl-għajnuna ta’ 36 Tim Nazzjonali ta’ Appoġġ madwar l-Ewropa. Aħna impenjati biex ninvolvuk tul l-iżvilupp ta’ EPALE, biex b’hekk din tilħaq l-aspettattivi tiegħek u tagħtik dak li għandek bżonn biex tibqa’ aġġornat dwar l-iżviluppi fit-tagħlim tal-adulti madwar l-Ewropa.

Issieħeb issa biex issir parti mill-akbar komunità tat-tagħlim tal-adulti tal-Ewropa!

EPALE hija ffinanzjata taħt il-programm Erasmus+ permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura. Tista’ tikkuntattja lid-DĠ EAC fuq eac-epale@ec.europa.eu jew bil-posta:

European Commission
DG Education and Culture
Unit B2 - Schools and educators; multilingualism
J-70, 04/197
B-1049 Brussels/Belgium

Jekk jogħġbok innota: L-aħbarijiet, l-opinjonijiet u r-riżorsi ppubblikati fuq is-sit tal-EPALE mhumiex dawk tal-Kummissjoni Ewropea.