Xi tgħid il-liġi?
Skont ir-Regolament il-ġdid tal-UE dwar l-Injam (EUTR - Regolament (UE) Nru 995/2010), it-tqegħid fis-suq tal-UE ta' injam maqtugħ illeglament u ta' prodotti miksubin minn injam bħal dan huwa pprojbit. L-EUTR japplika għal injam u għal prodotti tal-injam li jitpoġġew għall-ewwel darba fis-suq tal-UE. Jiġġieled il-kummerċ ta' injam maqtugħ illegalment u ta' prodotti tal-injam billi jimponi tliet obbligi prinċipali:
- It-tqegħid fis-suq tal-UE għall-ewwel darba ta' injam maqtugħ illeglament u ta' prodotti miksubin minn injam bħal dan huwa pprojbit.
- Operaturi tal-UE– dawk li jpoġġu l-injam jew prodotti tal-injam fis-suq tal-UE għall-ewwel darba - huma meħtieġa jeżerċitaw 'id-diliġenza dovuta'.
- Kummerċjanti - dawk li jixtru jew li jbiegħu injam jew prodotti tal-injam diġà mpoġġi fis-suq - huma obbligati li sempliċiment iżommu informazzjoni dwar il-fornituri u l-klijenti tagħhom sabiex l-injam ikun jista' jiġi inraċċat faċilment.
X'inhu inkluż?
Kemm injam kif ukoll prodotti tal-injam immanifatturati fl-UE u dawk importati minn barra huma koperti bil-leġiżlazzjoni. Injam li jkollu liċenzja FLEGT, jew permess CITES huwa meqjus li jikkonforma mar-Regolament dwar l-Injam.
Il-leġiżlazzjoni tapplika għal firxa wiesgħa ta' injam u ta' prodotti tal-injam. Madankollu, ma tkoprix l-injam kollu u l-prodotti tal-injam kollha. Lista eżawrijenti ta' prodotti koperti mil-liġi tista' tinstab hawn.
Injam u prodotti tal-injam kif ikklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1], li għalihom japplika dan ir-Regolament
- 4401 Ħatab, fi zkuk, fi zkuk ħoxnin, fi friegħi, f’qatet ta’ għesieleġ jew forom simili; injam f’laqx jew fi frak; serratura u rimi tal-injam u skart, kemm jekk ikunu miġbura fi zkuk, trab tal-faħam ippressat, pritkuna jew forom bħal dawn,
- 4403 Injam mhux irfinat, anki jekk bil-qoxra, l-ilbieba jew skwerrat b’mod mhux preċiż,
- 4406 Travi tal-injam mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm,
- 4407 Injam isserrat jew maqtugħ f’laqx għat-tul, imfellel jew imqaxxar, huwiex jew le inċanat, xkatlat jew imġannat fit-truf, eħxen minn 6 mm,
- 4408 Folji għall-kisi tal-injam (inklużi dawk li jinkisbu billi jkun imfettet l-injam laminat), għall-plajwud jew għal injam laminat simili u injam ieħor, maqtugħ għat-tul, imfettet jew imqaxxar, sew jekk illixxat, xkatlat, imwaħħal jew ġonġut mit-tarf u sew jekk le, ta’ ħxuna ta’ mhux iktar minn 6 mm,
- 4409 Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta’ art bil-parkè, mhux immuntat) b’forma kontinwa (mudullun, kanal, irbattut, ċanfrin, ingast-V, biż-żibeġ, iffurmat, ittundjat jew hekk) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le,
- 4410 Bord tal-injam mill-frak, bord tat-tip oriented strand board (OSB) u bord simili (per eżempju, waferboard) tal-injam jew ta’ materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu jew le,
- 4411 Fibreboard tal-injam jew materjal ieħor tal-injam, sew jekk magħqud bir-raża jew sustanzi organiċi oħra jew le,
- 4412 Plajwud, pannelli miksija u injam laminat simili,
- 44130000 Injam iddensifikat, fi blokki, folji, strixxi jew forom tal-profil,
- 441400 Gwarniċi tal-injam għal pitturi, ritratti, mirja jew oġġetti bħal dawn,
- 4415 Kontenituri għall-ippakkjar, kaxex, ċestuni, tankijiet u kontenituri simili, tal-injam; rukkelli tal-injam għall-kejbil; pallets, pallets forma ta’ kaxxa jew twavel oħrajn għat-tagħbija, tal-injam; għenuq tal-pallets tal-injam; twiebet,
- (Materjal mhux tal-ippakkjar użat esklużivament bħala materjal tal-ippakkjar biex jirfed, jipproteġi jew iġorr prodott ieħor imqiegħed fis-suq.)
- 44160000 Bittiji, bramel, tankijiet, tnellijiet u prodotti oħra tal-buttar, u partijiet tagħhom, tal-injam, inkluż injam imqawwes,
- 4418 Xogħol tal-mastrudaxxa u tal-karpentrija tal-injam għall-bennejja, inklużi pannelli ċellulari tal-injam, panelli mmuntati għall-art, twavel tal-kisi u shakes,
- Polpa u karta tal-Kapitoli 47 u 48 tan-Nomenklatura Magħquda, għajr għal prodotti li għandhom bażi ta’ bambù u rkuprati (rimi u skart),
- Għamara tal-injam 940330, 940340, 94035000, 940360 u 94039030,
- 94060020 Bini prefabbrikat.
[1] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat- 23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
X'mhuwiex inkluż?
Huwa importanti li jiġi nnotat li l-lista ta' hawn taħt mhijiex waħda eżawrjenti.
- Prodotti riċiklati;
- Karta stampata bħal kotba, rivisti u gazzetti;
- Materjal tal-imballaġġ li fih oġġetti u użat esklussivament għall-appoġġ, għall-protezzjoni jew għall-ġarr ta' prodott ieħor;
- Xi bambu u prodotti tal-kannadindja;
- Injam li jinxtara jew li jinbiegħ minn individwi privati għall-użu personali tagħhom stess;
- Prodotti oħrajn mhux inklużi fl-Anness*
* Biex isiru jafu jekk prodott huwiex kopert jew le, l-importaturi għandhom jikkonsultaw in-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87