Aktar info
Definizzjonijiet
Injam u prodotti tal-injam tfisser l-injam u l-prodotti tal-injam stabbiliti fl-Anness, bl-eċċezzjoni ta' prodotti u komponenti tal-injam ta' tali prodotti mmanifatturati minn injam jew prodotti tal-injam li jkunu temmew iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u inkella jintremew bħala skart, kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart.
Tqegħid fis-suq tfisser il-provvista bi kwalunkwe mezz, irrispettivament mit-teknika tal-bejgħ użata, ta' injam u ta' prodotti tal-injam għall-ewwel darba fis-suq intern għad-distribuzzjoni jew għall-użu fil-kors ta' attività kummerċjali, kemm bi ħlas jew inkella bla ħlas. Tinkludi wkoll il-provvista permezz ta' komunikazzjoni b'distanza kif definit fid-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod. Il-provvista fis-suq intern ta' prodotti tal-injam miksubin minn injam u minn prodotti tal-injam li diġà jinsabu fis-suq intern ma għandhomx jikkostitwixxu 'tqegħid fis-suq'.
Operatur tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tpoġġi l-injam jew il-prodotti tal-injam fis-suq.
Kummerċjant tfisser persuna fiżika jew ġuridika li matul il-kors ta' attività kummerċjali, tbiegħ jew tixtri fis-suq intern, injam jew prodotti tal-injam li diġà huma mpoġġija fis-suq intern.
Pajjiż tal-qtugħ tfisser il-pajjiż jew it-territorju fejn l-injam jew l-injam inkluż fil-prodotti tal-injam inqata'.
Maqtugħ legalment tfisser maqtugħ skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż tal-qtugħ.
Maqtugħ illegalment tfisser maqtugħ bi ksur tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż tal-qtugħ.
Leġiżlazzjoni applikabbli tfisser il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-pajjiż tal-qtugħ li tkopri l-kwistjonijiet li ġejjin:
- drittijiet għall-qtugħ tal-injam fi ħdan konfini rreġistrati legalment;
- ħlasijiet għal drittijiet ta' qtugħ u injam inkluż ħlasijiet relatati mal-qtugħ tal-injam;
- qtugħ ta' injam, inkluż leġiżlazzjoni ambjentali u tal-forestrija inkluż il-ġestjoni tal-foresti u l-konservazzjoni tal-biodiversità, fejn dan ikun relatat direttament mal-qtugħ tal-injam;
- drittijiet legali tal-partijiet terzi dwar l-użu u t-tenura li huma affettwati mill-qtugħ tal-injam;
- kummerċ u dwana, f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur tal-foresti.
Links
- It-test tar-Regolament tal-UE dwar l-Injam (EUTR)
- Sommarju tal-EUTR
-
Dokument ta' Gwida tal-EUTR
(375 KB)
- Leġiżlazzjoni ta' appoġġ għall-EUTR: Ir-Regolament dwar regoli għar-rikonoxximent u l-irtirar ta' rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' monitoraġġ: Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 363/2012
- Regolament li jiżgura implimentazzjoni uniformi tal-liġi: Regolament implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 607/2012
