Strumenti għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni
L-Unjoni Eworpea tipprovdi finanzi lill-proġetti ambjentali u ta' konservazzjoni tan-natura permezz tal-Programm LIFE tagħha. Il-Programm kien stabbilit fl-1992 biex jiffinanzja proġetti fl-UE – u fi wħud mill-pajjiżi kandidati u ġirien.
Ir-raba' fażi tal-programm, magħrufa bħala LIFE+, tkopri l-2007-2013, u għandha baġit ta' €2,143 miljun. Tal-anqas 50% tiegħu jeħtiġilhom jintefqu fuq proġetti ta' natura u ta' bijodiversità. Il-bqija tal-flus jintefqu fuqproġetti ta' poltika ambjentali u fuq kuxjenza ta' għarfien ambjentali.
Il-proġetti Natura u Bijodiversità għandhom l-għan li jtejbu l-konservazzjoni tal-ispeċijiet u tal-ambjenti naturali li jinsabu f'periklu. L-għan hu li tingħata għajnuna biex jiġu implimentati d-Direttivi dwar il-Ħabitas u n-netwerk Natura 2000 ta' żoni protetti. Il-proġetti huma skemi pilota li jaħdmu lejn l-għan tal-UE li jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità.
Sal-aħħar tal-2012 LIFE kien ikkofinanzja aktar minn elf proġett dwar in-natura u l-bijodiverstià, billi pprovda b'mod dirett aktar minn €1.5 biljun mill-1992, u mmobbilizza madwar €2.7 biljun.
L-orsijiet kannella, il-foki moniċi u l-ilpup huma fost l-ispeċijiet li bbenefikaw l-aktar mill-proġetti LIFE. Aktar minn 400 – aktar minn terz – tal-ispeċijiet mhedda elenkati fid-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats kienu l-enfasi għall-anqas ta' wieħed mill-proġetti LIFE.
Il-fondi ta' LIFE ffinanzjaw aktar minn 1,000 pjan ta' mmaniġġjar fit-netwerk kollu ta' Natura 2000. Dawn huma passi importanti fil-ġlieda biex ma jitħalliex isir telf tal-bijodiversità. Proġetti oħrajn ħolqu kurituri ta' speċijiet u ambjenti naturali għall-fawna urbana, introduċew miżuri ta' adazzjoni għat-tibdil tal-klima, appoġġaw is-servizzi tal-ekosistemi, u għinu biex iqajmu kuxjenza fost in-negozji dwar l-importanza tal-bijodiversità. Aktar minn 100 proġett LIFE għinu biex tinsab soluzzjoni għall-ispeċijiet aljeni invażivi, immirati lejn speċijiet bħall-mink Amerikan, il-ħaxixa Ġappuniża (Japanese knotweed) u diversi tipi ta' awwisti tal-ilma ħelu.
Kif għandha ssir applikazzjoni għall-fondi?
LIFE+ hu miftuħ għall-entitajiet pubbliċi u privati reġistrati fl-UE. Aktar inforamzzjoni dwar l-aħħar sejħa għall-proposti hi disponibbli mill-websajt ta' LIFE.