Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test

Segwina

Facebook

Il-Kapital Naturali

Hu faċli li ninsew, iżda aħna niddependu min-natura għall-eżistenza tagħna. Hi tagħtina s-sisien bażiċi tas-soċjetà tagħna, il-ħamrija b'saħħitha li tagħtina l-ikel, il-materja prima li jeħtiġilna għall-bini u l-ħwejjeġ, l-ilma ħelu li nixorbu u l-arja nadifa li nieħdu. Dawn huma l-affarijiet li nsejħulhom il-"kapital naturali".

Hu ta' min jipproteġih. L-UE għandha liġijiet biex jiġi ppreżervat dan il-kapital, u jiġi żgurat li hu jibqa' vijabbli għall-ġenerazzjonijiet futuri. Għandna Direttiva Qafas dwar l-Ilma għall-ilma ħelu tagħna, Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina għall-ibħra tagħna, Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja li tiżgura li l-arja tibqa' nadifa u ħielsa minn sustanzi ta' ħsara, u d-Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar li huma immirati b'mod speċjali lejn il-fawna salvaġġa tagħna u l-ispazju li jeħtiġilha biex tgħix fih.

Liġijiet oħrajn ikopru oqsma bħall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-kimiċi, l-emissjonijiet mill-industrija u l-iskart. Huma jgħinu wkoll jikkonservaw il-kapital naturali tagħna u jipproteġuh mill-ħsara.

F'din it-taqsima tista' tiskopri dwar il-bijodiversità, dwar it-theddid li n-natura u l-ibħra tagħna qed jiffaċċjaw, dwar il-ħamrija u l-foresti, u tista' tara kif l-Ewropa qed tipproteġi l-kapital naturali tagħha permezz ta' Natura 2000 u tal-fondi tal-inizjattiva LIFE+