Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test

Segwina

Facebook

L-użu tax-xjenza

Il-programm Horizon 2020 għar-riċerka u l-innovazzjoni il-ġdid tal-UE, li jibda fl-2014, se jaqta' barra l-burokrazija u se jinvesti biljuni ta' ewro fil-bini ta' ekonomija ekoloġika sostenibbli li trawwem l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku.

L-għarfien xjentifiku jgħinna nifhmu l-kawżi u l-impatti tat-tibdil ambjentali. Ix-xjenza tista' tgħinna nfasslu strateġiji biex nimmaniġġjaw ir-riżorsi skarsi, insibu soluzzjonijiet effettivi għall-problemi urġenti li jaffettwaw is-saħħa, is-sikurezza u l-kwalità tal-ħajja, u niżguraw it-transizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi.

Tagħrif aħjar għandu jgħinna nidentifikaw tendenzi sinifikanti u noħorġu b'politiki ġusti għal protezzjoni u l-konservazzjoni.

Kull fażi tat-tfassil tal-politika ambjentali jeħtiġilha evidenza solida dwar il-problemi u s-soluzzjonijiet.

Lakuni sinifikanti fit-tagħrif tagħna dwar l-ambjent jeħtiġilhom li jiġu identifikati u rimedjati. Idealment, ix-xjentisti u dawk li jfasslu l-politiki għandhom jaqsmu għanijiet komuni. Biex dan iseħħ, jeħtiġilna xjenza li hi:

  • f'waqtha – disponibbli meta tkun meħtieġa minn dawk li jfasslu l-politiki
  • ċara – ippreżentata b'format li hu faċli li jinftiehem
  • tajba għall-finijiet – li jeħtiġilhom dawk li qed ifasslu r-riċerka
  • aċċessibbli – mases ta' dejta jeħtiġilhom li jkunu kredibbli, rilevanti u jinftiehmu

Il-Kummissjoni qed issaħħaħ il-punt ta' għaqda bejn ix-xjenza u l-politika ambjentali tal-UE billi tikkoopera ma' firxa ta' provvedituri ta' tagħrif, u permezz ta' inizjattivi bħal INSPIRE, SEIS u COPERNICUS.

It-transazzjoni lejn ekonomija ekoloġika u b'użu baxx ta' karbonju jeħtiġilha innovazzjoni sinifikanti. Ir-riċerka hi meħtieġa biex jiġu identifikati l-isfidi u l-azzjonijiet ta' gwidar.

B'Horizon 2020 il-Kummissjoni għandha strument finanzjarju qawwi biex tgħin l-Ewropa takkwista x-xjenza meħtieġa minnha. Dan jimplimenta l-Unjoni tal-Innovazzjoni, inizjattiva ewlenija ta' Ewropa 2020 li l-għan tagħha hu li tkun żgurata l-kompetittività globali tal-Ewropa.

Imħaddem mill-2014 sal-2020 b'baġit ta' €80 biljun, dan il-programm tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni hu parti mill-isforz biex jinħolqu impjiegi u tkabbir ekonomiku ġodda fl-Ewropa.

Horizon 2020 jiġbor flimkien fi programm wieħed il-finanzjament kollu għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE. Hu jiffoka sabiex jibdel is-sejbiet xjentifiċi fi prodotti u f'servizzi innovattivi li jipprovdu opportunitajiet kummerċjali u li jibdlu ħajjet iċ-ċittadini għall-aħjar. Hu jaqta' barra l-burokrazija, permezz ta' regoli u proċeduri sempliċi biex jiġu attirati l-aqwa riċerkaturi u firxa wiesgħa ta' negozji innovattivi.