Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test

Segwina

Facebook

Is-saħħa u l-benesseri

Il-kwalità ħażina tal-arja minħabba t-tniġġis u l-emissjonijiet tqiegħed is-saħħa tan-nies f’riskju u tikkawża ħafna mwiet prematuri fl-Ewropa.

It-tniġġis jista’ jħalli impatti serji fuq is-saħħa. Il-politiki tal-UE għandhom l-għan li jipproteġu liċ-ċittadini minn pressjonijiet relatati mal-ambjent u r-riskji għas-saħħa u l-benesseri.
It-tniġġis dejjem ġej minn xi mkien. Il-leġiżlazzjoni ambjentali Ewropea hi bbażata fuq il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, li jidentifika s-sors ta’ tniġġis u jobbliga lil min iniġġes ħallas għall-ħsara kkawżata. Dan jinkoraġġixxi n-negozji biex ineħħu sorsi ta' tniġġis li jagħmlu l-ħsara qabel ma ssir kwalunkwe ħsara.
F’din it-taqsima tista’ ssib aktar informazzjoni dwar l-azzjoni tal-UE sabiex inħarsu l-arja tagħna, niġġieldu t-theddid li qed jiffaċċjaw ilmijietna, kif is-sustanzi kimiċi huma kkontrollati, u l-azzjoni dwar l-istorbju.