Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test

Segwina

Facebook

L-Ekonomija Ekoloġika

Il-politika ekonomika jeħtieġ tintuża biex tinkuraġġixxi mġiba sostenibbli, filwaqt li tikkunsidra l-valur tas-sistemi naturali.

Fil-passat, it-tkabbir ekonomiku ta’ spiss deher li jiddependi fuq l-użu tar-riżorsi naturali bħallikieku l-provvisti ma kienu se jispiċċaw qatt. Ir-riżultat hu "kriżi fir-riżorsi”, b’theddida ta’ skarsezzi u prezzijiet jogħlew.

Illum, għadd li qed jikber ta’ ċittadini u ta' ekonomisti qed ifittxu mudelli ekonomiċi differenti, fejn jista’ jinħoloq il-ġid mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent.

F'din it-taqsima tista' tiskopri kif l-UE qed tgħin liċ-ċittadini u lill-gvernijiet biex jirrendu ekoloġikamentl-ekonomiji tagħhom, permezz ta' mmaniġġjar aħjar tar-riżorsi, strumenti ekonomiċi li huma tajbin għall-ambjent, appoġġ lill-innovazzjoni, politiki aħjar għall-ilma u l-iskart, u sforzi sabiex jissaħħu l-konsum u l-produzzjoni sostenibbli.