Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test

Segwina

Facebook

Id-dritt tiegħek li tkun taf

Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus tan-Nazzjonijiet Uniti tagħti liċ-ċittadini tal-UE d-dritt legali biex jistaqsu mistoqsijiet u jieħdu sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent tagħhom.

Ħafna liġijiet ambjentali jobbligaw lill-gvernijiet biex jaqsmu l-informazzjoni li jiġbru dwar il-qagħda tal-ambjent. Dan jagħti s-setgħa lil ċittadini bħalek, biex tkun tista’ ssegwi fejn jinsabu s-siti potenzjalment perikolużi, liema impjanti tal-enerġija qed iniġġsu l-arja, u l-kwalità tal-ilma fid-diversi bajjiet u żoni tal-għawm.

L-UE ffirmat il-Konvenzjoni ta’ Aarhus tan-NU, li daħlet fis-seħħ fit-30 ta’ Ottubru 2001. Il-Konvenzjoni tagħtik id-dritt li tara informazzjoni ambjentali miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi (dan huwa magħruf bħala “l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali”). Tista’ tinkludi informazzjoni dwar il-qagħda tal-ambjent, dwar politiki jew miżuri meħuda, u dwar il-qagħda tas-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jekk dawn jistgħu jiġi affettwati mill-qagħda tal-ambjent.

Int intitolat għal din l-informazzjoni fi żmien xahar li titlobha, u m'għandekx għal xiex tgħid għalfejn tridha.

Il-Konvenzjoni tagħtik ukoll id-dritt li tipparteċipa fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent.

L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħmlu arranġamenti li jippermettu lill-pubbliku u l-NGOs biex jikkummentaw dwar il-proposti għal proġetti li jaffettwaw l-ambjent, jew pjanijiet u programmi relatati mal-ambjent. Dawn il-kummenti għandhom ikunu kkunsidrati meta jittieħdu d-deċiżjonijiet, u l-pubbliku għandu jkun mgħarraf dwar id-deċiżjonijiet finali u r-raġunijiet warajhom (“il-parteċipazzjoni pubblika fit-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent”).

Tagħtik ukoll id-dritt li tikkontesta deċiżjonijiet pubbliċi li saru mingħajr il-ħarsien tal-liġi ambjentali (“l-aċċess għall-ġustizzja”).

Fl-aħħar nett, il-Konvenzjoni tobbliga lill-awtoritajiet li jxerrdu attivament l-informazzjoni ambjentali li jkollhom. Ħafna minn din l-informazzjoni issa hi ċentralizzata fil-livell tal-UE. Dan ifisser li tista’ tara ż-żoni protetti tal-UE bil-viewer Natura 2000, tiċċekkja l-emissjonijiet fl-arja qrib tiegħek bl-EPRTR, u tesplora għadd ta’ mapep ambjentali bl-Eye on Earth.

Ammonti kbar ta’ informazzjoni huma ċentralizzati permezz tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, permezz ta' EIONET, in-netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent.

EIONET jgħaqqad flimkien l-entitajiet ambjentali, l-aġenziji, iċ-ċentri ta’ riċerka pubbliċi u privati u ċ-ċentri esperti madwar l-Ewropa. Jikkonsisti fiż-ŻEE, sitt ċentri tematiċi Ewropej u netwerk ta’ madwar 1000 espert minn 39 pajjiż f’aktar minn 350 aġenzija nazzjonali tal-ambjent u entitajiet oħrajn li jittrattaw l-informazzjoni ambjentali.