Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test

Segwina

Facebook

Kif taħdem il-liġi ambjentali tal-UE

Iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jgħinu biex jiġi żgurat li l-gvernijiet nazzjonali tagħhom jaderixxu mal-liġijiet u r-regolamenti Ewropej li jħarsu l-ambjent.

Is-sistema legali tal-UE hi sempliċi – bażikament hemm żewġ tipi ta’ leġiżlazzjoni. Xi liġijiet – regolamenti – japplikaw fl-UE kollha malli jkunu adottati. Oħrajn – direttivi – iridu jiġu inkorporati fil-liġi nazzjonali. Id-direttivi jgħidu dak li qed nimmiraw li niksbu, iżda jħallu f’idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu kif se jagħmlu dan.

Il-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri billi tħejji listi ta’ kontroll ta’ punti li għandhom jiġu koperti. Nippubblikaw ukoll tabelli ta' valutazzjoni għal-leġiżlazzjoni li juru lill-awtoritajiet nazzjonali u l-pubbliku ġenerali kif qed jagħmlu progress – u kif jipparagunaw bejniethom mal-Istati Membri l-oħra.

Azzjoni legali

L-azzjoni legali hija l-aħħar soluzzjoni. F’każi problematici l-ewwel niktbu lill-Istati Membri u nistaqsuhom għall-fatti kollha. Imbagħad nippruvaw insibu mezz biex insolvu l-problema. Jekk dan ma jaħdimx, nistgħu nirrikorru għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fil-Lussemburgu.

Ladarba liġi nazzjonali li tkun ġiet notifikataniċċekkjaw li tkopri l-punti kollha. Jekk ikun hemm xi problemi, nagħmlu kontroverifika mal-awtoritajiet nazzjonali biex niżguraw li jkollna l-fatti qabel ma tiġi kkunsidrata azzjoni legali.

Il-pass li jmiss hu li nivverifikaw li r-regoli huma attwalment segwiti. Minbarra li nagħmlu l-verifiki proprji tagħna, aħna niddependu fuq rapporti mill-awtoritajiet nazzjonali u informazzjoni mogħtija miċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet ambjentali. Jekk naħsbu li liġi ma tkunx qed tiġi applikata b’mod korrett nistgħu nieħu azzjoni legali.

Iċ-ċittadini jistgħu jgħinu ħafna. Skont il-liġi tal-UE kull individwu għandu d-dritt li jikseb informazzjoni minn awtoritajiet pubbliċi, u ċ-ċittadini jistgħu jgħidulna jekk jaħsbu li l-awtoritajiet tagħhom naqsux milli jissodisfaw l-obbligi ambjentali tagħhom. Jistgħu jagħmlu dan billi jressqu lment, iżda spiss huwa aktar faċli u eħfef li jużaw il-qrati nazzjonali. Fil-fatt, il-Kummissjoni organizzat taħriġ speċjali dwar il-liġi ambjentali tal-UE biex tgħin lill-imħallfin nazzjonali u l-ispetturi jifhmuha aħjar u biex tinkoraġġixxi aktar kooperazzjoni. Nagħmlu l-istess għall-organizzazzjonijiet ambjentali.

Il-liġi tal-UE għandha l-istess saħħa bħal-liġi nazzjonali. Bħal-liġi nazzjonali hija tagħti l-awtoritajiet nazzjonali, in-negozji u l-individwi kemm drittijiet kif ukoll obbligi.