Jekk ma ssibx tweġiba fl-FAQs tagħna, tista’ tikkuntattja it-tim tal-Helpdesk.

Ikkuntattja lill-Helpdesk

1 - INFORMAZZJONI ĠENERALI

  • X’inhu l-għan tal-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment (PEPI)?

    Il-PEPI huwa pjattaforma ċentrali li tippromwovi proġetti tal-UE bil-għan li toħloq pont bejn il-promoturi ta’ proġetti tal-UE u l-investituri. Il-portal għandu l-għan li jżid il-viżibbiltà tal-opportunitajiet ta’ investiment eżistenti tal-UE.

  • X’tip ta’ proġetti huma aċċettati li għandhom jiġu ppubblikati fuq il-Portal?

    Il-PEPI ġie stabbilit abbażi tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment. Id-dettalji speċifiċi fuq il-PEPI huma stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1942, kif emendata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/919 tad-29 ta’ Mejju 2017.

    Skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, biex potenzjalment jiġi ammess għall-pubblikazzjoni fil-PEPI l-proġett tiegħek jeħtieġ li:
    - ikollu spiża totali ta’ mill-anqas €1 miljun
    - jaqa’ taħt wieħed mis-setturi b’valur miżjud ekonomiku għoli predeterminati (hi disponibbli għażla ta’ settur jew żewġ setturi għal kull proġett għall-promoturi)
    - jiġi implimentat fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u promoss minn entità ġuridika (pubblika/privata) stabbilita fi Stat Membru tal-UE
    - ikun mistenni li jibda fi żmien tliet snin mill-preżentazzjoni (jew ikun diġà beda)
    - ikun kompatibbli mal-liġijiet kollha applikabbli nazzjonali u tal-UE

  • Min jista’ juża l-Portal?

    Il-PEPI tfassal għall-promoturi ta’ proġetti tal-UE, kif ukoll investituri internazzjonali. Jeħtieġlek tilloggja fil-Portal biex tissottometti l-proġett tiegħek u/jew tikkuntattja l-promoturi ta’ xi proġetti li diġà ġie ppubblikat.

  • X’inhi r-rabta bejn il-Portal u l-partijiet l-oħra tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa (b’mod partikolari l-FEIS)?

    It-tliet partijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 2015/1017 huma indipendenti minn xulxin. Il-pubblikazzjoni ta’ proġett fuq il-Portal la hija neċessarja u lanqas garanzija li dan jirċievi finanzjament mill-FEISjew minn kwalunkwe istituzzjoni oħra jew strument ieħor tal-UE.

  • Jeħtieġli nħallas xi miżata biex nissottometti proġett?

    Le. Is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta’ proġett huma bla ħlas għall-promoturi tal-proġetti kollha, pubbliċi jew privati.

  • B’liema lingwa nista’ nissottometti proġett?

    Il-PEPI huwa disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u l-proġetti jistgħu jiġu ppreżentati b’dawn il-lingwi kollha. Jekk tissottometti l-proġett tiegħek b’lingwa li ma tkunx l-Ingliż, il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi traduzzjoni b’xejn għall-Ingliż. Il-proġett tiegħek jiġi ppubblikat fuq il-PEPI biż-żewġ lingwi. Il-verżjoni tal-lingwa oriġinali se tkun il-verżjoni awtentika u t-traduzzjoni bl-Ingliż tkun biss għal skopijiet ta’ informazzjoni.

  • Il-proġetti transkonfinali jistgħu jiġu ppubblikati fuq il-PEPI?

    Iva, bil-kondizzjoni li l-investiment isir fil-pajjiżi tal-UE kollha indikati. Jitħallew ukoll isiru proġetti bejn il-fruntieri ma’ pajjiżi mhux mill-UE sakemm l-investiment iseħħ, tal-anqas parzjalment, f’wieħed mill-pajjiżi tal-UE.

  • Il-proġetti kif jiġu skrinjati qabel ma jiġu ppubblikati?

    Il-Kummissjoni tiskrinja l-proġetti abbażi tal-kriterji ta’ ammissjoni fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1942 kif emendata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/919.
    Il-PEPI mhuwiex maħsub biex jieħu post il-proċess ta’ diliġenza dovuta tas-soltu li l-investituri jkollhom jagħmlu qabel ma jieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-investiment.

  • Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli għall-informazzjoni dwar il-proġett ippubblikata fil-Portal?

    Le, il-promoturi tal-proġetti huma kompletament responsabbli mill-informazzjoni dwar il-informazzjoni li hija pubblikata fuq il-Portal.

  • Għal kemm tul ta’ żmien għandi bżonn nistenna għall-pubblikazzjoni tal-proġett tiegħi wara li nkun issottomettejtha?

    Ladarba tkun soottomettejt proġett, il-proġett tiegħek jiġi ppubblikat wara 45 jum ta’ xogħol. Il-pubblikazzjoni ta’ proġett tiddependi fuq kemm il-proġett huwa deskritt b’mod ċar u kemm tiġi pprovduta minnufih l-informazzjoni mitluba. Il-proġetti jridu jkunu deskritti b’mod ċar u d-dokumenti mitluba għandhom jiġu pprovduti mill-aktar fis possibbli lit-tim tal-PEPI.

  • Kemm idum fuq il-PEPI l-proġett tiegħi?

    Għal 3 snin. Matul dak iż-żmien, il-promoturi tal-proġetti huma mħeġġa jagħtu aġġornamenti dwar il-progress tal-proġetti tagħhom.

  • Proġett li diġà ġie ppubblikat jista’ jitneħħa minn fuq il-Portal?

    Iva, meta l-proġett ikun kiseb il-finanzjament meħtieġ, meta l-proġett ma jissodisfax aktar il-kriterji tal-ammissjoni jew f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mat-Termini u l-Kondizzjonijiet għall-użu tal-PEPI.

2 - LOGIN

  • Għaliex għandi bżonn nilloggja fil-PEPI?

    Il-login fil-PEPI jippermettilek tissottometti proġetti onlajn u/jew tikkuntattja lill-promoturi ta’ proġetti li diġà ġew ippubblikati.

  • Kif nilloggja fil-PEPI?

    Wara li tikklikkja “Login” fil-paġna ewlenija tal-PEPI, hemm tliet passi li huma meħtieġa sabiex tuża l-Portal:
    1. oħloq kont tal-EU LOGIN (jekk m’għandekx diġà wieħed) li huwa meħtieġ biex tilloggja fl-applikazzjonijiet kollha li huma ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea;
    2. agħżel l-ewwel interess tiegħek fil-PEPI (jekk hux il-promozzjoni jew l-investiment) u aċċetta t-Termini u l-Kundizzjonijiet;
    3. imla t-taqsima “Profil Tiegħi”.

  • Għandi bżonn nuża xi brawżer speċifiku biex nilloggja?

    Le, iżda jekk jogħġbok ikkunsidra li tuża brawżers differenti jekk tħabbat wiċċek ma’ xi diffikultajiet.

  • Xi tfisser “L-ewwel interess tiegħi fil-PEPI”?

    Għall-ewwel darba biss meta tilloggja fil-PEPI, inti se tintalab li tiddikjara jekk intix interessat li tissottometti proġett jew tinvesti fi proġett. Jekk tagħżel “Promozzjoni” tingħadda lejn ir-rokna tal-promotur filwaqt li jekk tagħżel “Investiment” tingħadda lejn ir-rokna tal-investitur.

2.1 Il-Profil Tiegħi

  • L-indirizz tal-email għall-kuntatt għaliex jeħtieġ li jkun wieħed professjonali?

    L-indirizz tal-email għall-kuntatt jeħtieġlu jkun indirizz elettroniku professjonali validu peress li dan jiġi użat biex tirrispondi għal u tikkoordina it-talbiet relatati mal-proġett u biex tirċievi l-messaġġi mingħand l-investituri.
    Fil-każ ta’ tibdil, jekk jogħġbok aġġornah mill-aktar fis possibbli fil-profil tal-utent tiegħek. L-indirizz tal-email għall-kuntatt jibqa’ informazzjoni kunfidenzjali u ma jsirx viżibbli għall-pubbliku.

  • X’inhi d-differenza bejn l-indirizz tal-EU Login u l-indirizz tal-email għall-kuntatt?

    L-indirizz tal-EU Login huwa l-indirizz tal-email tal-kont tal-EU Login tiegħek li huwa meħtieġ biex tilloggja fl-applikazzjonijiet kollha mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea.
    L-indirizz tal-email għall-kuntatt li int indikajt fil-paġna “My profile” se jintuża biex tirċievi komunikazzjonijiet mingħand it-tim tal-PEPI u l-investituri. Jista’ jkun differenti mill-indirizz tal-EU Login.

  • Jiena l-persuna ta’ kuntatt tal-PEPI ta’ diversi organizzazzjonijiet, liema waħda jeħtieġli nindika fil-“Profil Tiegħi”?

    Fil-“Profil Tiegħi” indika l-organizzazzjoni li tappartjeni għaliha. Fl-“Organizzazzjoni(jiet) Tiegħi”, indika l-informazzjoni tal-organizzazzjonijiet li tirrappreżenta fil-PEPI meta toħloqhom.

3 - PROMOTURI

  • Kulħadd jista’ jissottometti proġett għall-pubblikazzjoni fuq il-PEPI?

    Il-promotur ta’ proġett fil-PEPI għandu jkun entità ġuridika stabbilita f’wieħed mill-Istati Membri tal-UE u m’għandux ikun soġġett għal proċedimenti ta’ falliment. La individwi u lanqas entitajiet ġuridiċi fi proċeduri ta’ falliment, fil-proċess ta’ likwidazzjoni jew proċeduri simili ma jistgħu jissottomettu proġetti fil-Portal.

  • Nista’ nikkuntattja l-investituri reġistrati fuq il-Portal?

    Le. Bħala promotur tkun tista’ biss tikkuntattja promoturi oħrajn ta’ proġetti diġà ppubblikati iżda mhux l-investituri.

  • Kif jista’ l-PEPI jgħini nżid iċ-ċansijiet tiegħi li nattira l-investituri?

    Il-PEPI għandu l-għan li jagħti viżibbiltà lill-proġett tiegħek mal-investituri fid-dinja kollha. Biex tikkapitalizza fuq dan u bl-għan li timmassimizza ċ-ċansijiet tiegħek li tattira l-investituri, aħna bi pjaċir qed nipprovdulek dan id-dokument ta’ gwida li tista’ tiddawnlowdjah biex ikun ta’ referenza għalik. Dan id-dokument fih lista ta’ punti li jgħinuk tiddeskrivi u tippreżenta l-proġett tiegħek biex tiżgura li tkun inkludejt l-informazzjoni kruċjali li l-investituri se jkunu interessati fiha. Jekk int interessat f’aktar gwida dwar l-istrutturar tal-proġett tiegħek, is-sieħeb tal-PEPI tagħna SIF/SOURCE jipprovdi sett estensiv ta’ mistoqsijiet biex jiggwidak matul dan il-proċess. Tista’ taċċessah HAWNHEKK.

  • X’inhi r-“Rokna tal-Promotur”?

    Ir-“Rokna tal-Promotur” hija l-parti tal-PEPI dedikata apposta għall-pomoturi ta’ proġetti fejn organizzazzjonijiet ġodda jistgħu jinħolqu u proġetti l-ġodda jiġu sottomessi.

  • Min hu l-RMP?

    Ir-Reppreżentant Maħtur tal-Proġett (RMP) hu l-persuna ta’ kuntatt uffiċjali maħtur mill-organizzazzjoni biex jimmaniġġja l-informazzjoni li tikkonċerna l-proġett li jeħtiġilha tkun ippubblikata fuq il-PEPI. Hu/Hi hija għalhekk intitolata li tipprovdi u taġġorna l-informazzjoni meħtieġa fil-formola tal-proġett.

3.1 Ir-rokna tal-promoturi - L-Organizzazzjoni Tiegħi

  • Kif nista’ nissottemetti l-organizzazzjoni tiegħi?

    L-organizzazzjoni tiegħek tkun sottomessa awtomatikament wara li tikklikkja fuq il-buttuna “issottometti”.

  • X’jista’ jkun l-istatus tal-organizzazzjoni tiegħi?

    L-istatus tal-organizzazzjoni tiegħek jista’ jkun:
    - “abbozz” sakemm inti tibgħat il-proġett tiegħek;
    - “lest” meta tkun issottomettejt l-proġett tiegħek;
    - “ikkonfermat” meta l-proġett tiegħek ikun ġie skrinjat u l-organizzazzjoni tiegħek tkun ġiet ivvalidata;
    - “arkivjat”, meta l-pubblikazzjoni tal-proġett tiegħek tkun ġiet miċħuda u l-organizzazzjoni tiegħek ma tkunx ġiex ivvalidata.

  • Kif nista’ nissottemetti d-dokumenti mitluba mit-tim tal-PEPI?

    Jekk tiġi mitlub li tipprovdi dokumenti addizzjonali, għandek tapplowdjahom fil-kont tal-PEPI tiegħek taħt it-taqsima tad-dettalji tal-proġett jew tal-organizzazzjoni. Id-dokumenti jistgħu jkunu applowdjati fi kwalunkwe ħin u wara s-sottomissjoni tal-proġett.

  • Min hu l-kontributur tal-organizzazzjoni?

    Il-persuna li toħloq l-organizzazzjoni fil-PEPI. Hu/Hi hija l-unika waħda intitolata li timmodifika l-informazzjoni rigward l-organizzazzjoni fil-PEPI) u tista’ tistieden membri ġodda biex jissieħbu fl-istess organizzazzjoni fuq il-PEPI.

  • L-organizzazzjoni tiegħi diġà teżisti fuq il-PEPI. Kif nistà nissottemetti proġetti?

    Biex tissottomettu proġett promoss minn organizzazzjoni li diġà hija reġistrata fil-PEPI, l-ewwel trid tiġi mistieden mill-kontributur tal-organizzazzjoni biex tingħaqad fl-istess organizzazzjoni. Bħala membru ġdid tal-organizzazzjoni tkun tista’ tikkonsulta l-informazzjoni tal-organizzazzjoni u tissottometti proġetti ġodda. Huwa biss il-kontributur tal-organizzazzjoni li jista’ jimmodifika l-informazzjoni tal-organizzazzjoni.

3.2 Ir-rokna tal-promoturi - Il-Proġetti Tiegħi

  • X’informazzjoni hemm bżonn biex tippreżenta proġett?

    Il-proċess tas-sottomissjoni jsir b’mod faċli u malajr, u hemm biss ftit oqsma obbligatorji x’timla. Il-proġett irid jiġi deskritt b’mod ċar ħalli jiġbed lejh investituri potenzjali. L-ebda informazzjoni kunfidenzjali ma għandha tiġi pprovduta għall-pubblikazzjoni fuq il-Portal.

  • Kif nista’ nissottometti proġett?

    Wara li tkun illoggjajt fil-PEPI, ikklikkja fuq il-buttuna “Żid organizzazzjoni” u imla l-oqsma meħtieġa.
    Jeħtieġ li tikklikkja fuq il-buttuna “Żid il-proġett tiegħek”, timla l-partijiet obbligatorji u tissottometti l-proġett. Issib aktar tagħrif dwar dan fil-paġna “Kif iżżid il-proġett tiegħek” fis-sit web tal-PEPI.

  • Il-proġett tiegħi huwa promoss minn diversi kumpaniji. Dan kif jiġi indikat fuq il-formola tal-applikazzjoni?

    Fil-formola tal-applikazzjoni, organizzazzjoni waħda biss tista’ tiġi indikata bħala promotur ta’ proġett. Informazzjoni dwar l-imsieħba tista’ tingħata kemm fil-qasam “Deskrizzjoni” jew fil-qasam “Informazzjoni addizzjonali”. Jeħtieġ li l-imsieħba jaqblu li l-informazzjoni dwar il-proġett tiġi ppubblikata billi dawn jiffirmaw l-ittra tar-Rappreżentant Maħtur tal-Proġett.

  • X’nista’ tindika fil-qasam “Data tal-bidu” jekk ma nafx d-data tal-bidu tal-proġett tiegħi?

    Tista’ tindika d-data tal-bidu mistennija fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli. Proġett għandu jkun diġà nbeda jew ikun mistenni li jinbeda fi żmien tliet snin mid-data tas-sottomissjoni.

  • X’jista’ jkun l-istatus tal-proġett tiegħi?

    L-istatus tal-proġett jindika l-istatus attwali tal-applikazzjoni tiegħek u jista’ jkun:
    - “abbozz”, sakemm inti tibgħat il-proġett tiegħek;
    - “ippreżentat”, meta tkun issottomettejt l-proġett tiegħek;
    - “ippubblikat”, meta l-proġett tiegħek ikun ġie ppubblikat fuq il-PEPI;
    - “arkivjat”, meta l-pubblikazzjoni tal-proġett tiegħek tkun ġiet irrifjutata, meta l-proġett tiegħek ikollu jitneħħa minn fuq il-Portal, jew jiġi rtirat qabel il-pubblikazzjoni.

  • L-informazzjoni kollha pprovduta tiġi ppubblikata fuq il-Portal?

    Le, hija biss l-informazzjoni mmarkata bl-ikona ta’ għajn li tiġi ppubblikata. Dokumenti addizzjonali li tkun applowdjajt fil-Portal ikunu disponibbli biss għat-tim tal-PEPI u ma jiġux ippubblikati.

  • X’dokumenti obbligatorji ikolli bżonn nipprovdi għall-pubblikazzjoni ta’ proġetti?

    Trid ittella’ l-ittra tar-Rappreżentant Maħtur tal-Proġett (RMP). Il-mudell huwa disponibbli fil-“Librerija tat-templates” u fil-formola tal-proġett ladarba l-proġett jiġi ssejvjat. Barra minn hekk, it-tim tal-PEPI jista’ jitolbok dokumenti addizzjonali.

  • X’jiġri jekk ir-Rappreżentant Maħtur tal-Proġett (RMP) jinbidel?

    Jekk ir-RMP jinbidel, il-promotur tal-proġett irid itella’ ittra tar-RMP ġdida fuq il-PEPI. L-indirizz tal-email indikat fil-“Profil Tiegħi” jeħtieġ li jiġi aġġornat skont dan.

3.3Ir-rokna tal-promoturi - Id-Dashboard Tiegħi

  • X’inhu “Id-dashboard tiegħi”?

    “Id-dashboard tiegħi” hija s-sezzjoni fejn jintwerew l-informazzjoni dwar il-proġetti, l-organizzazzjonijiet u l-azzjonijiet meħtieġa tiegħek (eż. applikazzjoni tal-proġett li trid tiġi finalizzata).

  • X’nista’ nagħmel f’“Id-dashboard tiegħi”?

    Hemmhekk ikollok ħarsa ġenerali dwar l-organizzazzjonijiet u l-proġetti diġà maħluqa (ċifri ewlenin), u tista’ timmonitorja l-azzjonijiet meħtieġa (li għadhom għaddejjin).

4 - INVESTITURI

  • Għandi bżonn inkun reġistrat fil-PEPI?

    Iva, sabiex ikun jikkuntattja l-promoturi, investitur jeħtieġ li jilloggja fil-PEPI. Għal aktar informazzjoni dwar kif għandek tilloggja, jekk jogħġbok ikkonsulta t-taqsima 2 “LOGIN” tal-FAQ.

  • Kif nista’ nikkuntattja promotur?

    Wara r-reġistrazzjoni, investitur jista’ jikkuntattja l-promoturi bl-użu tal-formola online disponibbli.

  • X’nista’ nagħmel bħala investitur?

    Bħala investitur, tista’:
    - tara l-lista ppubblikata ta’ proġetti ;
    - tissettja l-preferenzi tiegħek tat-tiftix tal-proġett u tabbona għal fuljetti mfassla apposta;
    - tirċievi notifiki kull ġimgħa dwar proġetti ġodda u aġġornati ppubblikati;
    - tikkuntattja l-promoturi tal-proġetti.

  • X’inhu “Id-dashboard tiegħi”?

    “Id-dashboard tiegħi” hija s-sezzjoni fejn tintwera l-informazzjoni dwar proġetti ġodda ppubblikati u l-preferenzi tiegħek.