Close

Kif tista’ tirreġistra l-proġett tiegħek?

Tista’ tissottometti l-proġett tiegħek onlajn b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea billi tuża l-aspett distintiv tal-EIPP.

Sabiex tħaffef il-proċess ta’ validazzjoni tal-applikazzjoni tiegħek, nirrakkomandawlek bi sħiħ li tissottomettiha bl-Ingliż.

Għal proġetti sottomessi b’lingwa oħra għajr l-Ingliż, il-Kummissjoni Ewropea se tipprovdi traduzzjoni bla ħlas tal-applikazzjoni tiegħek bl-Ingliż li se tidher ukoll fil-Portal flimkien mal-verżjoni oriġinali.

4 PASSI biex tissottometti proġett lill-Portal

1. Imla l-profil ta’ utent tiegħek

Biex timla l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok imla l-informazzjoni meħtieġa għall-profil ta’ utent. Dan il-pass hu mitlub sabiex tkun tista’ tipproċedi bil-passi li jmiss kif muri fl-istampa hawn taħt.

2. Iddikjara l-organizzazzjoni tiegħek

Biex toħloq l-organizzazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok ittajpja isem l-organizzazzjoni tiegħek, kif ukoll id-dettalji dwar l-organizzazzjoni u d-dettalji amministrattivi.

Jekk int konsulent li qed taħdem għal diversi organizzazzjonijiet, tista’ toħloq l-organizzazzjonijiet tal-klijenti tiegħek u timmaniġġja l-proġetti tagħhom. Tista’ tikkonsulta l-lista tal-organizzazzjonijiet tiegħek kollha taħt it-tab “L-organizzazzjoni(jiet) tiegħi”.

3. Oħloq il-proġett tiegħek

Biex toħloq proġett, imla t-taqsimiet li ġejjin: id-deskrizzjoni tal-proġett, il-finanzjament tal-proġett, il-links tal-web, id-dehra tal-mappa u l-kuntatt.

4. Ibgħat il-proġett tiegħek

Biex tissottometti l-proġett tiegħek, jekk jogħġbok kun żgur li timla l-oqsma obbligatorji kollha u li tikklikkja l-buttuna “issottometti”.

Bħala l-aħħar pass, ikklikkja l-buttuna “ikkonferma”.

Il-proġetti kollha li ħloqt, ikun xi jkun l-istatus tagħhom, huma viżibbli taħt “Il-proġett(i) tiegħi”.

Jekk jogħġbok kun af li jeħtieġlek tissottometti l-ittra tal-ħatra tar-Rappreżentant Maħtur tal-Proġett (P.A.R.) qabel il-pubblikazzjoni finali tal-proġett.

X’jiġri mill-proġett tiegħek wara s-sottomissjoni?

Dokumenti ta’ appoġġ

Meta tkun issottomettejt il-proġett tiegħek, it-tim tal-PEPI jibda l-proċess tal-iskrinjar.

Fil-proċess tal-iskrinjar, tista’ tintalab tipprovdi informazzjoni addizzjonali (eż. apdejts, konfermi, dokumenti eċċ.). Dokumenti ta’ appoġġ jistgħu jiġu applowdjati kemm għall-organizzazzjoni u l-proġett fit-taqsimiet rilevanti.

Stediniet lill-membri

Jekk int l-ewwel persuna li ssottomettiet applikazzjoni għall-organizzazzjoni tiegħek, inti se tkopri r-rwol ta’ “kontributur tal-organizzazzjoni”. Il-membri addizzjonali tal-organizzazzjoni jistgħu jiġu mistiedna permezz tal-buttuna adegwata. Il-membri l-ġodda se jirċievu email li tippermettilhom jagħmlu log in fil-Portal. Il-membri tal-organizzazzjoni jistgħu, fost affarijiet oħra, jissottomettu proġetti ġodda jew jikkonsultaw id-data ssejvjata.

Tista’ tistieden ukoll lill-persuni biex jaqraw dwar il-proġett tiegħek. Se tintbagħat stedina permezz ta’ email li fiha link għal-login. Il-qarrej tal-proġett għandu biss aċċess għall-qari tal-proġett speċifiku.

Pubblikazzjoni tal-proġett tiegħek

Meta l-proċess tal-iskrinjar jiġi finanlizzat u l-proġett tiegħek ikun lest biex jiġi ppubblikat, it-tim tal-PEPI se jinformak dwar il-pubblikazzjoni, u passi oħrajn jekk neċessarji.

Eliġibilità tal-proġett

Sabiex jiġi aċċettat għall-pubblikazzjoni fuq il-Portal, il-proġett tiegħek (jew il-programm li jkun magħmul minn proġetti iżgħar) irid

  • jkollu spiża minima totali ta’ EUR 1 miljun;
  • jaqa’ taħt wieħed mis-setturi prestabbiliti b’valur miżjud ekonomiku għoli diġà definiti. Il-promoturi jistgħu jagħżlu sa żewġ setturi għal kull proġett minn lista predefinita ta’ 25 settur;
  • Il-proġett għandu jiġi implimentat fit-territorju tal-Unjoni Ewropea. Il-proġetti transkonfinali ma’ pajjiżi mhux tal-UE jistgħu jiġu aċċettati wkoll bil-kundizzjoni li parti mill-investiment totali sseħħ f’mill-inqas wieħed mill-pajjiżi tal-UE;
  • il-promotur ikun entità ġuridika stabbilita fi Stat Membru u ma jkunx suġġett għal proċeduri ta’ insolvenza;
  • il-proġett ikun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u l-liġi tal-Istat Membru rilevanti u m’għandux jinvolvi riskji legali, għar-reputazzjoni jew għas-sigurtà nazzjonali ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni;
  • l-implimentazzjoni tal-proġett għandha tkun inbdiet jew hija mistennija li tibda fi żmien tliet snin mid-data tal-preżentazzjoni lill-PEPI;
  • il-proġett għandu jkun deskritt b’mod ċar fl-applikazzjoni tal-proġett bħala proġett ta’ investiment u l-informazzjoni pprovduta fiha għandha tkun preċiża u għandha tispeċifika l-ammont ta’ finanzjament meħtieġ għat-twettiq tal-proġett.

Setturi koperti

Għarfien u ekonomija diġitali

  • Riċerka, żvilupp u innovazzjoni
  • Infrastrutturi tal-ICT, inkluż il-broadband
  • Oqsma diġitali oħrajn, inklużi l-kontenut u s-servizzi

Unjoni tal-Enerġija

  • Produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli
  • Produzzjoni ta’ enerġija konvenzjonali
  • Effiċjenza tal-enerġija
  • Infrastruttura tal-elettriku
  • Infrastruttura tal-gass
  • Estrazzjoni u raffinar tal-fjuwil
  • R&Ż tal-enerġija

Trasport

  • Netwerk Trans-Ewropew
  • Nodi Multimodali
  • Proġetti ta’ mobilità urbana
  • Teknoloġiji ġodda u ekoloġizzazzjoni tat-trasport
  • Vetturi u sistemi tat-trasport

Infrastruttura soċjali u oħrajn

  • Kapital uman, edukazzjoni u taħriġ
  • Saħħa
  • Industriji kulturali u kreattivi
  • Turiżmu
  • Infrastrutturi soċjali, ekonomija soċjali u ta’ solidarjetà

Riżorsi u ambjent

  • Riżorsi naturali
  • Agrikoltura u zvilupp rurali, forestrija u bijoekonomija
  • Effiċjenza tar-riżorsi u protezzjoni ambjentali, ekonomija blu
  • Tibdil fil-klima

Finanzjament għall-SMEs u l-Midcaps

  • Industrija għal SMEs u Midcaps