×

Grazzi talli żort is-sit web il-ġdid tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ.  Bħalissa l-maġġoranza tal-paġni huma disponibbli bl-Ingliż.  Madankollu, bħalissa qiegħda ssir it-traduzzjoni tas-sit fit-23 lingwa l-oħra tal-UE.  Naġġornaw il-paġni jekk kif ikollna f’idejna t-traduzzjonijiet.

SELFIE

Dikjarazzjoni ta 'Privatezza

DPO -4019 JRC: SELFIE Riflessjoni Personali fuq Tagħlim Effettiv billi trawwem innovazzjoni permezz ta'teknoloġiji edukattivi

PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI

Werrej


 

1. Introduzzjoni

Din l-istqarrija ta’ privatezza tispjega r-raġuni għall-ipproċessar, għall-mod kif niġbru, nittrattaw u niżguraw il-protezzjoni tad-data personali kollha pprovduta, kif dik l-informazzjoni tintuża, u liema drittijiet tista’ teżerċita b’rabta mad-data tiegħek (id-dritt għall-aċċess, għar-rettifika, għall-imblukkar, eċċ.).

L-istituzzjonijiet Ewropej huma marbuta li jipproteġu u jirrispettaw il-privatezza tiegħek. Peress li dan is-servizz/l-applikazzjoni jiġbor u jkompli jipproċessa d-data personali, japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 [1] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data.

Din id-dikjarazzjoni tikkonċerna l-għodda ta’ awtoriflessjoni SELFIE dwar l-użu tat-teknoloġiji diġitali għall-iskola mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea, il-JRC, il-Kap tal-Unità B.4 (Kapital Uman u Impjiegi). SELFIE (Self-reflection on Effective Learning by Fostering Innovation through Educational technologies - Awtoriflessjoni dwar l-Apprendiment Effettiv bit-Trawwim tal-Innovazzjoni permezz ta’ Teknoloġiji Edukattivi) hija għodda ta’ awtoriflessjoni biex tappoġġa lill-iskejjel ġenerali u vokazzjonali fil-mixja tagħhom biex jinkorporaw it-teknoloġija fit-tagħlim, l-apprendiment u l-valutazzjoni.

SELFIE huwa sforz konġunt bejn id-Direttorat Ġenerali taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (DĠ JRC) u d-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura (DĠ EAC) tal-Kummissjoni Ewropea.

SELFIE ġie żvillupat mill-Joint Research Centre taħt id-Direttorat tal-Edukazzjoni Ġenerali u Kultura fil-Kummissjoni Ewropeja u hi inzzjattiva tad-Digital Education Action Plan COM(2018) 22.

 

2. Għaliex nipproċessaw id-data tiegħek?

L-iskop tal-operazzjoni tal-ipproċessar: Il-Kap tal-Unità JRC B4 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Kontrollur tad-Data) jiġbor u juża l-informazzjoni pprovduta fuq bażi anonima u volontarja mill-mexxejja tal-iskejjel, l-għalliema, u l-istudenti permezz ta’ serje ta’ mistoqsijiet biex jiġġenera b’mod awtomatiku (permezz tal-għodda SELFIE) rapport imfassal speċifikament li juri r-riżultati aggregati b’mod viżwali u interattiv. Dawn ir-riżultati huma kompletament anonimizzati u ma jinkludu l-ebda informazzjoni personali bħall-ġeneru jew l-età. L-itudenti, l-għalliema, il-mexxejja tal-iskejjel jew kwalunkwe membru tal-persunal ieħor individwali li jwieġeb il-mistoqsijiet ta’ SELFIE ma jistgħux jiġu identifikati personalment f’dawn ir-rapporti. Ir-rapport jappartjeni għall-iskola u tista’ taċċessah biss l-iskola. SELFIE ma tkejjilx jew ma tikkumparax l-għarfien u l-ħiliet tal-mexxejja tal-iskejjel, tal-għalliema jew tal-istudenti u mhijiex maħsuba biex tivvaluta l-iskejjel jew tqabbilhom ma’ xi punt ta’ riferiment. Ir-riżultati aggregati juru kif it-teknoloġiji diġitali jintużaw għat-tagħlim u l-apprendiment fl-iskola tiegħek u jistgħu jintużaw biex jinbeda djalogu dwar l-użu tat-teknoloġija u jiġi żviluppat pjan ta’ azzjoni. Imbagħad SELFIE tista’ tintuża fi stadju aktar tard biex jitkejjel il-progress u jiġi adattat il-pjan ta’ azzjoni.

SELFIE tappoġġa l-iżvilupp ta’ politiki dwar l-edukazzjoni ta’ kwalità, li huma previsti taħt l-Art. 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tuża d-data aggregata mill-pjattaforma SELFIE bil-modi li ġejjin:

  • tniżżel data aggregata u anonimizzata f’sistemi oħra tal-Kummissjoni Ewropea għall-analiżi.
  • tipproduċi rapporti pubbliċi u preżentazzjonijiet abbażi ta’ data aggregata u anonimizzata u l-analiżi tagħha.

Fiż-żewġ każijiet, id-dettalji istituzzjonali se jiġu salvagwardati u mhumiex se jiġu żvelati lil xi individwu ieħor jew lil xi organizzazzjoni terza għal kwalunkwe skop. Barra minn hekk, il-parteċipanti individwali u l-istituzzjonijiet parteċipanti qatt mhuma se jiġu identifikati f’dawn ir-rapporti u l-analiżijiet. Fl-ebda ħin mhuma se jinqasmu jew isiru pubbliċi it-tweġibiet individwali mill-iskola, jew tinqasam data aggregata li tista’ twassal biex jiġu identifikati studenti jew membri tal-persunal individwali.

Il-parteċipazzjoni tas-suġġetti tad-data hija volontarja (l-Art. 5(d) tar-Regolament (KE) 45/2001). L-Art 27 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 ma japplikax.

 

3. Liema data niġbru u nipproċessaw?

Il-biċċa l-kbira tad-data li tinġabar mhijiex personali u tirreferi għall-iskola.

Id-data personali miġbura minn dawn (mexxejja tal-iskejjel, għalliema, staff ieħor tal-iskola u studenti) hu anonimu u fuq bażi tal-volonta personali, u affarijiet iktar ipproċċesati huma dawn li ġejjin: ġeneru, data tat-twelid (ghall-istudenti biss), età tal-grupp (mexxejja tal-iskejjel u għalliema), snin totali ta' esperjenza (ghall-mexxejja tal-iskejjel u għalliema), attendenza u utilità ta' attivitajiet ta' żvillup personali (għall-għalliema biss), l-użu ta' għodod għat-tagħlim (għall-għalliema biss); kunfidenza fl-użu tat-teknoloġija (għall-għalliema biss); persentaġġ ta' ħin użat f'teknoloġiji diġitali fil-klassi (għall-għalliema biss); ħin ta' użu fit-teknoloġija (għal studenti biss).

Għal dawn il-mistoqsijiet kollha, hemm l-għażla ta’ “Nippreferi ma nweġibx” disponibbli.

Tagħrif addizzjonali li mhux obbligatorju: imejl addizzjonali, persuna ta' kuntatt fl-iskola (isem u kunjom), rwol tal-persuna tal-kuntatt, sit elettroniku jew midja soċjali.

 

4. Għal kemm żmien inżommu d-data tiegħek?

Il-Kap tal-Unità JRC B4 iżomm id-data biss għaż-żmien neċessarju biex jiġi ssodisfat l-iskop ta’ ġbir jew aktar ipproċessar, għal tul massimu ta’ 4 snin wara li jintemm il-proġett.

SELFIE se jibqa` attiv minn tal-inqas sas-sena 2020 meta l-pjan ta'azzjoni tal-Edukazzjoni Diġitali tal-Kummissjoni Ewropeja tiskadi.

 

5. Kif inħarsu d-data tiegħek?

Id-data kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, settijiet ta’ data mtella’, eċċ.) tinħażen jew fuq is-servers tal-Kummissjoni Ewropea; li l-operazzjonijiet tagħhom huma konformi mad-deċiżjoni tas-sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Awwissu 2006 [C(2006) 3602] dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ informazzjoni użati mill-Kummissjoni Ewropea.

 

6. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

Jingħata aċċess lid-data tiegħek lil persunal awtorizzat skont il-prinċipju tal-“ħtieġa ta’ tagħrif”. Dan il-persunal jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.

Id-data personali u mhux personali miġbura għall-iskola permezz ta’ SELFIE tista’ tintuża bħala data aggregata f’rapporti pubbliċi u preżentazzjonijiet, kif imsemmi fit-taqsima 2.

 

7. X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

Skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, int intitolat li taċċessa d-data personali tiegħek u li tirrettifikaha u/jew timblukkaha f’każ li d-data ma tkunx eżatta jew mhux kompluta. Tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-kontrollur tad-data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u, jekk ikun meħtieġ, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, billi tuża l-informazzjoni ta’ kuntatt mogħtija fil-punt 8 hawn taħt.

 

8. Informazzjoni ta’ kuntatt

Jekk ikollok xi kumment jew mistoqsija, tħassib jew ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, ħossok liberu li tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data permezz tal-informazzjoni ta’ kuntatt li ġejja:

Il-Kontrollur tad-Data:
Kap tal-Unità JRC B4
Numru tat-telefon: +34 95448840
Email: JRC-B4-SECRETARIAT
Indirizz: Il-Kummissjoni Ewropea, Ċentru Konġunt tar-Riċerka, Edificio Expo, Calle Inca Garcilaso, 3, 41092 Seville, Spanja

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001, inti għandek id-dritt li taċċessa u tirrettifika l-informazzjoni li tikkonċernak. Tista’ teżerċita dan id-dritt billi tikkuntattja lil JRC-EAC-SELFIE-TOOL

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni: DATA-PROTECTION-OFFICER

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD): edps

 

9. Fejn tista’ ssib aktar informazzjoni dettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha li jipproċessaw id-data personali. Tista’ taċċessa r-reġistru mil-link li ġejja: dpo-register

Dan l-ipproċessar speċifiku ġie nnotifikat lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data bir-referenza li ġejja: DPO-4019

Aktar informazzjoni dwar SELFIE tista’ tinstab fuq is-sit web tal-proġett, li tinkludi wkoll vidjow ta’ introduzzjoni, fuq schools-go-digital

Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, fejn SELFIE hija waħda mill-azzjonijiet proposti (p. 6), jista’ jinstab fuq digital-education-action-plan.pdf

Minbarra din l-Istqarrija ta’ Privatezza, se tkun disponibbli wkoll għall-parteċipanti nota qasira dwar il-protezzjoni tad-data u l-użu tad-data fuq is-sit web imsemmi aktar ’il fuq. Jekk għandek xi dubju, jekk jogħġbok iċċekja il-verżjoni bl-Ingliż.

 

 

[1]Regulation (EC) N° 45/2001 (OJ L8 of 12/01/2001).