KIF TAĦDEM SELFIE

PASS 1

Jekk tixtieq tuża SELFIE fl-iskola tiegħek, l-ewwel pass huwa li tqabbad lil xi ħadd jew lil tim żgħir biex jikkoordina l-eżerċizzju.

PASS 2
Il-kKoordinaturi tal-iskola:
jirreġistraw l-iskola fuq il-pjattaforma SELFIE, billi jipprovdu informazzjoni bażika bħat-tip ta’ skola (pereżempju primarja jew sekondarja), id-daqs u l-post
jagħżlu l-perjodu tal-eżerċizzju SELFIE
jagħżlu min se jieħu sehem (pereżempju liema grupp ta’ studenti).
PASS 3

Minbarra d-dikjarazzjonijiet u l-mistoqsijiet ippreżentati, tista’ tagħżel jew iżżid oġġetti li jaqblu mal-bżonnijiet u l-kuntest tal-iskola tiegħek.

PASS 4

Il-koordinaturi jistiednu lill-istudenti, lill-għalliema u lill-mexxejja tal-iskola biex jieħdu sehem f’SELFIE fuq bażi anonima. Il-mistoqsijiet jieħdu madwar 30 minuta biex tweġibhom. Għall-għalliema u l-mexxejja ta’ skola dan jista’ jsir f’ħin komdu għalihom; għall-istudenti nissuġġerixxu li dan isir waqt lezzjoni.

PASS 5

Ladarba l-parteċipanti jkunu imlew il-mistoqsijiet, SELFIE tiġġenera rapport għall-iskola tiegħek, li juri r-riżultati aggregati b’mod viżwali u interattiv. Dawn ir-riżultati huma kompletament anonimizzati. Ir-rapport jappartjeni għall-iskola u tista’ taċċessah biss l-iskola.

PASS 6

Tista’ tuża s-sejbiet ta’ SELFIE biex tibda diskussjoni dwar kif it-teknoloġiji jappoġġaw it-tagħlim, l-apprendiment u l-valutazzjoni tal-istudenti fl-iskola tiegħek. Dan jista’ jgħinek tifformula pjan ta’ azzjoni u tistabbilixxi l-prijoritajiet. 

PASS 7

Tista’ tirrepeti l-valutazzjoni minn żmien għal żmien biex tkejjel il-progress u tara fejn hemm bżonn ta’ aktar azzjoni.