×

Grazzi talli żort is-sit web il-ġdid tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ.  Bħalissa l-maġġoranza tal-paġni huma disponibbli bl-Ingliż.  Madankollu, bħalissa qiegħda ssir it-traduzzjoni tas-sit fit-23 lingwa l-oħra tal-UE.  Naġġornaw il-paġni jekk kif ikollna f’idejna t-traduzzjonijiet.

Statistika dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ

Aċċessa l-istatistika Ewropea dwar il-politika tal-UE dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ.

L-istatistika hi għodda fundamentali użata minn dawk li jfasslu l-politika, ir-riċerkaturi, il-ġurnalisti, iċ-ċittadini u n-negozji fil-ħajja tax-xogħol u ta’ kuljum tagħhom. Id-disponibbiltà ta’ data ta’ kwalità għolja u affidabbli hi essenzjali biex jiġi appoġġjat it-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza u l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ effettivi tal-politiki tal-Unjoni Ewropea (UE).

L-istatistika affidabbli wkoll għandha rwol kruċjali fil-ġlieda kontra t-tixrid tad-diżinformazzjoni f’dibattiti pubbliċi u politiċi. L-istituzzjonijiet tal-UE, inkluża l-Kummissjoni Ewropea, jipproduċu firxa wiesgħa ta’ statistika dwar l-oqsma ta’ politika li fihom l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma attivi.

Il-Kummissjoni tipproduċi wkoll rapportar ibbażat fuq id-data, bħall-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, u tibni l-analiżi tagħha stess ibbażata fuq l-evidenza fuq data statistika mħejjija minn organizzazzjonijiet sħab internazzjonali, pereżempju:

  • ir-riżultati (PISA) il-“Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti” tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD)
  • ir-riżultati (ICILS) l-“Istudju Internazzjonali dwar il-Litteriżmu tal-Kompjuter u tal-Informatika” tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Evalwazzjoni tal-Kisbiet Edukattivi (IEA)

Dan jippermetti li jsiru paraguni bejn pajjiżi u reġjuni fl-Ewropa u li jsiru rakkomandazzjonijiet għall-iżvilupp futur ta’ politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ.

Statistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat)

Skopri data dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, Eurostat.
Statistika dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Eurostat.

Aċċessa s-settijiet tad-data tal-Eurostat u l-viżwalizzazzjonijiet għall-indikaturi statistiċi rigward il-benchmarks għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
Qafas strateġiku 2020 għall-Edukazzjoni u t-Taħrig (ET) tal-Eurostat

Erasmus+ u l-mobbiltà tal-istudenti

Aċċessa l-istatistika tal-Kummissjoni Ewropea u r-rapporti annwali dwar il-programm tal-UE li jappoġġja l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fl-Ewropa - Erasmus+.
Statistika ta' Erasmus+

Sib indikaturi komparattivi dwar il-mobbiltà tal-istudenti fl-edukazzjoni għolja u fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali fl-Ewropa.
Tabella ta' valutazzjoni dwar il-mobbiltà tal-Kummissjoni Ewropea

Data dwar l-Opinjoni pubblika (Ewrobarometru)

Skopri l-istatistika tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-opinjoni pubblika rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE.
Stħarriġiet dwar l-opinjoni pubblika rigward l-edukuzzjoni u t-taħriġ tal-Ewrobarometru