×

Grazzi talli żort is-sit web il-ġdid tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ.  Bħalissa l-maġġoranza tal-paġni huma disponibbli bl-Ingliż.  Madankollu, bħalissa qiegħda ssir it-traduzzjoni tas-sit fit-23 lingwa l-oħra tal-UE.  Naġġornaw il-paġni jekk kif ikollna f’idejna t-traduzzjonijiet.

Riżorsi ta’ tagħlim matul il-coronavirus: pjattaformi online

Esplora firxa ta’ pjattaformi online għal għalliema u edukaturi matul it-tifqigħa tal-COVID-19.

Pjattaformi online għall-għalliema u l-edukaturi

Il-pjattaforma School Education Gateway

Skopri katalgu online ta’ materjali ta’ tagħlim u opportunitajiet ta' taħriġ għall-għalliema u l-partijiet ikkonċernati fl-edukazzjoni skolastika Ewropea fi 23 lingwa Ewropea.
Il-pjattaforma School Education Gateway

Ġemellaġġ elettroniku

Aċċessa pjattaforma kollaborattiva Ewropea għall-għalliema biex tikkomunika, tiskambja riżorsi, issegwi opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali u toħloq, f’kooperazzjoni ma’ oħrajn, proġetti disponibbli bi 30 lingwa. 
Ġemellaġġ elettroniku (reġistrazzjoni meħtieġa)

Ir-Rokna tat-Tagħlim

Aċċessa materjali għat-tagħlim, inkluż logħob online, biex l-istudenti ta’ kull grupp ta’ età jiġu megħjuna jiskopru l-UE. 
Ir-Rokna tat-Tagħlim

SALTO-YOUTH

Skopri katalgu online ta’ għodod ta’ taħriġ li jippromwovu u jappoġġjaw ix-xogħol taż-żgħażagħ.
SALTO-YOUTH

Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa (EPALE)

Skopri komunità online miftuħa u multilingwi li tgħaqqad professjonisti tat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa kollha biex tgħin issaħħaħ il-kwalità u d-diversità tal-opportunitajiet ta’ tagħlim.
Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa (EPALE) (għandu mnejn hemm bżonn ta’ reġistrazzjoni)

Skambju Virtwali tal-Erasmus+

Esplora opportunitajiet ta’ skambju virtwali online innovattivi għaż-żgħażagħ fl-Ewropa kollha u fin-Nofsinhar tal-Mediterran. 
Skambju Virtwali tal-Erasmus+

Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)

Aċċessa r-riżorsi li jappoġġjaw il-forniment ta’ tagħlim u apprendiment online ta’ kwalità minn professjonisti tal-edukazzjoni għolja prodotti mill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT).

Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar

Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar hi inizjattiva fil-livell lokali, appoġġjata mill-Kummissjoni Ewropea. Għandha l-għan li ġġib l-ikkowdjar, l-ipprogrammar, il-ħsieb komputazzjonali u l-litteriżmu diġitali għal kulħadd b’mod divertenti u li jinvolvi lil kulħadd (disponibbli b’29 lingwa). 
Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar