×

Grazzi talli żort is-sit web il-ġdid tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ.  Bħalissa l-maġġoranza tal-paġni huma disponibbli bl-Ingliż.  Madankollu, bħalissa qiegħda ssir it-traduzzjoni tas-sit fit-23 lingwa l-oħra tal-UE.  Naġġornaw il-paġni jekk kif ikollna f’idejna t-traduzzjonijiet.

Riżorsi ta’ tagħlim Coronavirus: Proġetti ffinanzjati mill-UE
Sib riżorsi u għodod online għall-istudenti, l-għalliema u l-edukaturi matul it-tifqigħa tal-COVID-19 ipprovduti minn proġetti ffinanzjati mill-UE.

Proġetti ffinanzjati mill-UE*

“EduHack”

EduHack hu programm ta’ bini tal-kapaċità għall-edukaturi universitarji li jixtiequ jitgħallmu kif jipproduċu esperjenzi ta’ tagħlim diġitalment appoġġjati li jesperimentaw b’approċċi u b’għodod innovattivi. 
EduHack

“Penji tipproteġi l-pjaneta”

Skopri din l-attività bbażata fuq il-logħob li tgħallem l-istudenti fil-livelli primarju u sekondarju l-importanza tas-sostenibilità ambjentali.
Penji tipproteġi l-pjaneta (hemm bżonn tiddawlowdja l-app)

“Bio talent”

F’konformità mal-objettivi tal-Istrateġija UE 2020 li jinħoloq tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-proġett Bio talent żviluppa programm ta’ taħriġ innovattiv u mħallat dwar il-bijodiversità tat-tagħlim elettroniku.

“BINGO”

Esplora żewġ videos edukattivi li jispjegaw metodi ta’ bijokontroll bl-użu ta’ video magħmul minn cartoons animati u dehriet mill-viċin spettakolari ta’ insetti żgħar ħafna. Dan il-proġett irċieva finanzjament mill-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA) tal-UE.
BINGO

“Kemm inħobb il-Fiżika”

Ara din is-serje ta’ videos dwar il-fiżika tal-ikel. Dan il-proġett irċieva finanzjament mill-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA) tal-UE.
Kemm inħobb il-Fiżika (serje ta’ videos)

“Sundial”

Skopri ħames lezzjonijiet online ta’ astronomija għall-għalliema tal-iskola primarja disponibbli bl-Ingliż u l-Olandiż. Kull lezzjoni hi akkumpanjata minn għanijiet ta’ tagħlim u materjali li jistgħu jiġu pprintjati. Sundial irċieva finanzjament mill-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA) tal-UE.

“Open Mind”

Il-proġett Open Mind għandu l-għan li jippromwovi l-intraprenditorija soċjali fost l-istudenti nisa u l-istudenti mingħajr sfond ta’ studji kummerċjali permezz ta’ kors miftuħ online innovattiv f’forma ta’ logħba.
Open Mind

“Moby Click”

Skopri materjal ta’ tagħlim elettroniku li jappoġġja l-iżvilupp tat-tagħlim imsaħħaħ bit-teknoloġija.
Moby Click (għandu mnejn tkun meħtieġa r-reġistrazzjoni)

“Code n’ Social”

Skopri l-aċċess li tipprovdi din il-pjattaforma ta’ tagħlim interattiv għal tagħlim tal-ICT ta’ kwalità li jinkludi ħiliet bażiċi ta’ pprogrammar u teknoloġija bażika, għal dawk fir-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali (AROPE).
Code n’ Social (reġistrazzjoni meħtieġa)

“Proġett CREATIONS”

Il-proġett CREATIONS, iffinanzjat mill-UE, jiżviluppa approċċi kreattivi ta’ involviment fl-edukazzjoni tax-xjenza bbażata fuq l-arti. 
Proġett CREATIONS (għandu mnejn tkun meħtieġa r-reġistrazzjoni)

“Inizjattiva Go-Lab”

L-inizjattiva Go-Lab tiffaċilita l-użu ta’ laboratorji online u l-applikazzjonijiet ta’ tagħlim għal edukazzjoni xjentifika fl-iskejjel. Dan il-proġett irċieva finanzjament mill-programm Orizzont 2020 tal-UE.
Inizjattiva Go-Lab

“Scientix”

Scientix jippromwovi u jappoġġja l-kollaborazzjoni fl-Ewropa kollha fost l-għalliema, ir-riċerkaturi tal-edukazzjoni, min ifassal il-politika għal STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika) u professjonisti oħrajn tal-edukazzjoni STEM. Dan il-proġett irċieva finanzjament mill-programm Orizzont 2020 tal-UE.

“Up2U”

Il-proġett Up2U għandu l-għan li jtejjeb it-tagħlim online fl-iskejjel sekondarji billi joffri ambjent ta’ tagħlim u għodod biex jinħolqu korsijiet, jinħażen kontenut u biex wieħed jipparteċipa b’mod remot fi klassijiet. “OpenUp2U” hi inizjattiva fi ħdan il-proġett Up2U. Il-proġett irċieva finanzjament mill-programm Orizzont 2020 tal-UE. 
Inizjattiva OpenUp2U

Riżorsi għat-tagħlim tal-lingwi**

Il-Kummissjoni Ewropea tikkoopera maċ-Ċentru Ewropew għal-Lingwi Moderni tal-Kunsill tal-Ewropa (ECML) biex tippromwovi l-multilingwiżmu u l-aċċess għal edukazzjoni tal-lingwa ta’ kwalità għall-istudenti kollha, inklużi dawk l-aktar vulnerabbli. Skopri għażla ta’ riżorsi għal dawk li qed jitgħallmu l-lingwa, il-ġenituri u l-għalliema.

“Toy project”

Il-kors online “Together Old and Young: An Intergenerational Approach” ifittex li jġib miegħu adulti u tfal żgħar fl-età (ta’ bejn l-4 u t-8 snin) biex flimkien jaqsmu l-għarfien, il-ħiliet, il-valuri u jieħdu gost.
Toy project

“Ħiliet Reċiproċi Miftuħa u Online” (MOOS)

L-objettivi ta’ dan il-proġett kienu li jittejjeb l-użu tal-ICT u tar-riżorsi ta’ edukazzjoni miftuħin fil-kurrikulu tal-iskejjel sekondarji għolja Ewropej biex jiġu stimulati approċċi ġodda għat-tagħlim.
Pjattaforma ta’ tagħlim MOOS (reġistrazzjoni meħtieġa)

Network Ewropew tat-Tagħlim Elettroniku u mill-Bogħod (EDEN)

In-Network Ewropew tat-Tagħlim Elettroniku u mill-Bogħod (EDEN) jeżisti biex jixxerja t-tagħrif u jtejjeb il-fehim fost il-professjonisti ta’ tagħlim elettroniku u mill-bogħod. Hu jipprova jippromwovi politika u prattika fl-Ewropa kollha u lil hinn minnha.
EDEN

Assoċjazzjoni tal-Universitajiet Ewropej tat-Tagħlim b’Distanza (EADTU)

L-Assoċjazzjoni tal-Universitajiet Ewropej tat-Tagħlim b’Distanza (EADTU) hi l-assoċjazzjoni istituzzjonali ewlenija tal-Ewropa f’edukazzjoni għolja online, miftuħa u flessibbli. Hi fil-qalba tal-aġenda tal-modernizzazzjoni tal-universitajiet Ewropej.


* Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-proġetti rċevew finanzjament taħt il-programm Erasmus+ tal-UE. 
** L-ICT b’appoġġ għall-attività tal-apprendiment u t-tagħlim tal-lingwi (ICT-REV) u l-inizjattiva “Nappoġġjaw il-klassijiet multilingwi” ġew ikkofinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-programm Erasmus+.

Kontenut relatat

Erasmus+: impatt tal-coronavirus

Skopri kif il-coronavirus qed jaffettwa l-attivitajiet ta’ Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, dwar it-tibdiliet li qed iseħħu u x’appoġġ hu disponibbli.
Mistoqsijiet frekwenti (FAQs) minn parteċipanti u benefiċjarji

Azzjonijiet Marie-Skłodowska Curie (MSCA): impatt tal-coronavirus

Il-Kummissjoni Ewropea qed tagħmel kull sforz biex tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar l-impatt tal-pandemija tal-coronavirus fuq il-fellowships u l-proġetti tal-MSCA.
Coronavirus: informazzjoni għall-komunità tal-MSCA

Pjattaforma tar-Riżultati tal-Proġetti ta’ Erasmus+

Skopri riżorsi u għodod li jippromwovu tagħlim innovattiv miftuħ u mill-bogħod maħluqin minn proġetti ffinanzjati taħt il-programm ta’ Erasmus+.
Pjattaforma tar-Riżultati tal-Proġetti ta’ Erasmus+