×

Grazzi talli żort is-sit web il-ġdid tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ.  Bħalissa l-maġġoranza tal-paġni huma disponibbli bl-Ingliż.  Madankollu, bħalissa qiegħda ssir it-traduzzjoni tas-sit fit-23 lingwa l-oħra tal-UE.  Naġġornaw il-paġni jekk kif ikollna f’idejna t-traduzzjonijiet.

Dwar ir-riżorsi u l-għodod

Il-Kummissjoni żviluppat firxa ta’ għodod imfasslin biex jappoġġjaw lill-Istati Membri u ċ-ċittadini tagħhom.

L-UE tiġbor ammonti sostanzjali ta’ informazzjoni rilevanti għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-iżvilupp professjonali mill-Istati Membri kollha. Il-qsim b’mod affidabbli ta’ dan l-għarfien – u l-provvista tar-riżorsi meħtieġa għall-individwi li jieħdu dak l-ewwel pass jew il-pass li jmiss lejn l-edukazzjoni – huwa għalhekk ta’ importanza primarja. Din il-paġna tipprovdi lista ta’ għodod u riżorsi li tappoġġja ħafna programmi edukattivi li għandha x’toffri l-UE.

Mingħajr finanzjament, l-individwi spiss isibu ruħhom f’qagħda li ma jistgħux ikomplu jipproċedu lejn l-miri edukattivi tagħhom. Għaldaqstant hu importanti ħafna li l-istudenti prospettivi u li jridu jkomplu, ikollhom aċċess għal informazzjoni dwar il-finanzjament fl-ispettru kollu tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE.

Dokumenti komprensivi li jappoġġjaw il-politiki tal-edukazzjoni tal-UE, inklużi r-riċerka u rekords statistiċi jistgħu jiġu aċċessati permezz tas-sit web EAT, fejn issib ukoll links għal għodod utli oħrajn li l-UE fasslet biex jgħinu lill-individwi fir-riċerka tagħhom.

B’mod ġenerali dan is-sit web hu r-riżultat tax-xewqa taċ-ċittadini tal-UE li jtejbu l-mod kif l-individwi jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni dwar l-edukazzjoni. Qabel l-iżvilupp tas-sit, il-Kummissjoni stħarrġet dwar dak li n-nies jixtiequ jaraw mibdul jew imtejjeb fir-rigward tal-preżenza tal-edukazzjoni online tal-Kummissjoni; xi mistoqsijiet l-aktar frekwenti u tħassib ġew ikkatalogati fuq il-paġna Il-Mistoqsijiet Tiegħek imwieġba.