Il-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ

Il-Monitor hu l-pubblikazzjoni annwali l-aktar importanti tal-Kummissjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE.

X’inhu l-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ?

Għat-tmien sena konsekuttiva, il-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2019 jiġbor firxa wiesgħa ta’ evidenza biex jindika l-evoluzzjoni tas-sistemi nazzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Unjoni Ewropea (UE).

Ir-rapport ikejjel il-progress tal-pajjiżi lejn il-miri tal-qafas strateġiku tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020 (ET 2020) għall-kooperazzjoni Ewropea f’dawn l-oqsma. Jipprovdi wkoll tagħrif dwar miżuri meħuda biex jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mal-edukazzjoni bħala parti mill-proċess tas-Semestru Ewropew.

Il-Monitor joffri suġġerimenti għal riformi ta’ politika li jistgħu jagħmlu s-sistemi nazzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ aktar reattivi għall-ħtiġijiet tas-soċjetà u tas-suq tax-xogħol.

Barra minn hekk, ir-rapport jgħin biex jiġi identifikat fejn il-finanzjament tal-UE għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet għandu jiġi mmirat permezz tal-baġit fit-tul li jmiss tal-UE, il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Il-Monitor fih tqabbil bejn il-pajjiżi u 28 rapport iddettaljat tal-pajjiżi.

L-edizzjoni tal-2019

Il-Kummissarju Tibor Navracsics ippreżenta l-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2019 fit-tieni Summit Ewropew dwar l-Edukazzjoni fis-26 ta’ Settembru 2019.

L-għalliema huma l-qofol tal-aħħar edizzjoni. L-għalliema huma meqjusa bħala l-fattur li għandu l-ikbar impatt fuq it-tagħlim tal-istudenti fi ħdan l-ambjent tal-iskola.

Bl-użu ta’ data ġdida, il-Monitor juri l-isfidi komuni li l-Istati Membri tal-UE jħabbtu wiċċhom magħhom biex jattiraw u jżommu l-aqwa professjonisti tat-tagħlim. Din l-isfida hija mistennija li ssir aktar prominenti fl-għaxar snin li ġejjin, meta hi mistennija mewġa ta’ għalliema bl-esperjenza li se jirtiraw.

L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tfakkar l-għaxar snin mit-tnedija tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ – ET 2020. Il-pajjiżi Ewropej għamlu progress kbir lejn l-espansjoni tal-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni sa mill-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment tal-UE fl-2009 bħala parti minn dan il-proċess.

Madankollu, madwar 20% tal-studenti ta’ 15-il sena fl-Ewropa kollha għadhom f’riskju ta’ faqar edukattiv, peress li ma għandhomx kompetenzi bażiċi fil-litteriżmu u l-matematika jew għarfien suffiċjenti tas-suġġetti xjentifiċi. Oqsma ta’ prijorità addizzjonali għall-monitoraġġ jinkludu: il-ħiliet fil-lingwi, it-tagħlim lill-adulti, l-għalliema, l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, l-ICT fl-edukazzjoni, l-intraprenditorija fl-edukazzjoni u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV).

Jekk jogħġbok sib hawn taħt il-pubblikazzjonijiet (rapporti tal-pajjiżi u tal-Istati Membri tal-UE, skedi informattivi, infografika, fuljett dwar il-punti ta’ riferiment tal-UE u settijiet tad-data, mapep u ċarts li jistgħu jkunu ppersonalizzati) relatati mal-Monitor tal-2019, disponibbli bl-Ingliż u l-lingwi nazzjonali rispettivi tagħhom. 

 

Iddawnlowdja d-dokumenti

Ir-rapport tal-UE
Ir-Rapport dwar il-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ (analiżi tal-UE) bl-Ingliż
Ir-Rapport tal-UE - Taqsira Eżekuttiva
Il-Punti ewlenin tar-rapport dwar il-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ (analiżi tal-UE) u tar-rapporti tal-pajjiżi (8 paġni)
L-iskeda informattiva tal-UE
Dokument ta’ żewġ paġni li jippreżenta l-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2019 bl-Ingliż
L-infografika tal-UE
L-infografika dwar il-punti ta’ riferiment tal-UE fl-edukazzjoni u t-taħriġ bil-lingwi kollha tal-UE
Ir-rapporti tal-pajjiżi kollha f’dokument wieħed
Ir-rapporti tat-28 pajjiż kollha f’volum wieħed bl-Ingliż
Ir-rapporti tal-pajjiżi, l-iskedi informattivi u l-infografika (skont il-pajjiż)
Ir-rapporti tal-pajjiżi, l-iskedi informattivi u l-infografika bl-Ingliż
Il-fuljett dwar il-Punti ta’ Riferiment tal-UE
Dokument ta’ żewġ paġni li jippreżenta d-data tal-UE u tal-pajjiżi dwar il-punti ta’ riferiment tal-UE fl-edukazzjoni u t-taħriġ bil-Ġermaniż, l-Ingliż, il-Franċiż

Aktar informazzjoni

Aqra l-verżjoni sħiħa tal-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2018 preċedenti.

Biex ikollok aċċess għas-settijiet tad-data, il-mapep u ċ-ċarts aġġornati u li jistgħu jkunu ppersonalizzati relatati mal-punti ta’ riferiment tal-UE fl-edukazzjoni u t-taħriġ, jekk jogħġbok ikkonsulta l-paġna web tal-Eurostat iddedikata apposta.

In-network Eurydice jippubblika informazzjoni dwar il-politiki u s-sistemi tal-edukazzjoni nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE, kif ukoll rapporti komparattivi dwar suġġetti speċifiċi, indikaturi u statistika (inklużi indikaturi strutturali għall-monitoraġġ tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Ewropa).

Għal mistoqsijiet dwar il-Monitor, jekk jogħġbok ikkuntattja lil: eac-monitor@ec.europa.eu.