Dwar il-politika tal-multilingwiżmu

Il-Kummissjoni Ewropea tippromwovi t-tagħlim tal-lingwi u d-diversità lingwistika fl-Ewropa kollha.

Għaliex huwa importanti l-multilingwiżmu?

Il-motto tal-UE "Magħquda fid-diversità"’ jissimbolizza l-kontribut essenzjali li d-diversità lingwistika u t-tagħlim tal-lingwi jagħtu lill-proġetti Ewropej. 

Il-lingwi jgħaqqdu n-nies, jagħmlu pajjiżi oħra u l-kulturi tagħhom aċċessibbli, u jsaħħu l-fehim interkulturali. Il-ħiliet f’lingwi barranin għandhom rwol vitali fit-tisħiħ tal-impjegabbiltà u l-mobbiltà. Barra minn hekk, il-multilingwiżmu itejjeb il-kompetittività tal-ekonomija tal-UE

Ħiliet dgħajfa tal-lingwa jistgħu jwasslu biex il-kumpaniji jitilfu kuntratti internazzjonali, kif ukoll ifixklu l-mobilità tal-ħiliet u t-talent. Madankollu, hemm wisq Ewropej li jħallu l-iskola mingħajr għarfien ta’ lingwa oħra. Għal din ir-raġuni, l-UE stabbilixxiet it-titjib tat-tagħlim tal-lingwa bħala prijorità.

X’qed tagħmel l-UE biex tippromwovi l-multilingwiżmu?

Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-multilingwiżmu u l-iżvilupp ta’ kompetenzi lingwistiċi, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jsaħħu l-kooperazzjoni fil-qasam tal-multilingwiżmu u li jtejbu l-effikaċja tat-tagħlim tal-lingwi fl-iskejjel.

Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem flimkien mal-gvernijiet nazzjonali biex tilħaq għan ambizzjuż – li ċ-ċittadini kollha jitgħallmu mill-inqas żewġ lingwi barranin u biex jibdew jitgħallmu l-lingwi barranin minn età bikrija

Din il-viżjoni ġiet ikkonfermata mill-Kapijiet ta’ Stat tal-UE bħala parti mill-proposta biex tinħoloq Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. Aktar appoġġ għal din il-mira ġie rifless fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2017.

Il-Kummissjoni qed twieġeb għal din is-sejħa mill-Istati Membri biex issaħħaħ ir-rwol ċentrali tal-multilingwiżmu fil-proġett Ewropew billi:

Dawn l-attivitajiet huma appoġġjati minn:

Finalment, il-programm Erasmus+ joffri opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex itejbu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom billi jinvolvu ruħhom fit-tagħlim u fit-taħriġ barra pajjiżhom, u billi jappoġġja l-mobbiltà vokazzjonali u edukattiva.