L-edukazzjoni u l-migranti

L-edukazzjoni taqdi rwol kruċjali fl-għoti tal-għajnuna lill-migranti u r-refuġjati jissetiljaw f’pajjiżi u ambjenti ġodda. L-istituzzjonijiet edukattivi u l-organizzazzjonijiet jistgħu jibbenefikaw minn gwida u prattiki tajba dwar kif tiġi adattata l-provvista tal-edukazzjoni għall-migranti.

Dwar xiex?

L-edukazzjoni taqdi rwol kruċjali fl-għoti tal-għajnuna lill-migranti u r-refuġjati biex jissetiljaw f’pajjiżi u ambjenti ġodda. L-istituzzjonijiet edukattivi u l-organizzazzjonijiet jistgħu jibbenefikaw minn gwida u prattiki tajbin dwar kif tiġi adattata l-provvista tal-edukazzjoni għall-migranti.

X'qed isir?

Il-Kummissjoni Ewropea tiffaċilita l-iskambju ta’ prattiki tajbin dwar l-integrazzjoni tal-migranti fost l-Istati Membri permezz ta’ attivitajiet ta’ tagħlim reċiproku. Dawn l-attivitajiet għandhom jippromwovu n-networking fost dawk li jfasslu l-politika u jippermettulhom li jindirizzaw aħjar l-isfidi attwali u futuri.

Permezz tal-programm Erasmus+, il-Kummissjoni tiffinanzja proġetti u attivitajiet oħra għall-integrazzjoni tal-migranti fl-edukazzjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea tikkofinanzja n-network SIRIUS. Dan in-network jappoġġja l-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ minn sfond ta’ migrazzjoni permezz ta’ attivitajiet strateġiċi fuq livell nazzjonali u internazzjonali, billi jlaqqa’ flimkien riċerkaturi, dawk li jfasslu l-politika, prattikanti fil-qasam tal-edukazzjoni tal-migranti, u l-migranti u r-rifuġjati nfushom.

 

Nitgħallmu mingħand xulxin sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-migrazzjoni fl-Iżvezja