Dwar il-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ

Kull pajjiż tal-UE hu responsabbli għas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tiegħu. Il-politika tal-UE f’dawn l-oqsma hija mfassla biex tappoġġja l-azzjoni fil-livell nazzjonali u biex tgħin tindirizza l-isfidi komuni.

Kif l-UE tappoġġja l-edukazzjoni u t-taħriġ?

Il-politika tal-UE fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ hija mfassla biex tappoġġja l-azzjoni fil-livell tal-Istati Membri – li jibqgħu responsabbli għal dawn l-oqsma ta’ kompetenza – u biex tgħin tindirizza sfidi komuni, bħal soċjetajiet li qed jixjieħu, żbilanċi fil-ħiliet, żviluppi teknoloġiċi u kompetizzjoni fuq il-livell globali.

L-edukazzjoni u t-taħriġ 2020 (ET 2020) huwa l-qafas tal-UE għall-kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Lil hinn mill-ET 2020, l-UE tiffoka wkoll l-isforzi tagħha fuq il-ħolqien ta’ politiki u inizjattivi fl-oqsma li ġejjin: