Skip to main content
Knowledge Centre on Interpretation

Aktar appoġġ għall-kandidati tat-test

Jekk se tagħmel test ta’ akkreditazzjoni fl-UE, tista’ tkun eliġibbli biex tirċievi xi għajnuna addizzjonali mill-interpreti tal-UE.

Videos b’simulazzjoni ta’ test

Qabel ma tapplika u toqgħod għal test, tista’ tara “simulazzjoni ta’ test”.

Diskors oriġinali u prestazzjoni tal-interpretu 

 

Deliberazzjonijiet tal-ġurija 

 

Videos oħrajn dwar it-testijiet ta’ akkreditazzjoni

Hemm skemi disponibbli għall-kandidati magħżulin biex jgħinu fit-tħejjija għat-test, bħal:

Programm ta’ integrazzjoni

Ieva Zauberga, il-Kap tal-Unità tal-Lingwa tal-Latvja, titkellem dwar il-Programm ta’ integrazzjoni:

Programm PASS

It-tifsira ta’ PASS hi Skema ta’ Appoġġ għall-Akkreditazzjoni Professjonali, u hi programm ta’ taħriġ intensiv interistituzzjonali ta’ 4 ġimgħa, li għandu l-għan li jgħin liż-żgħażagħ gradwati li jinterpretaw biex jgħaddu mit-testijiet ta’ akkreditazzjoni tagħna.

 

Il-kors sar fil-perjodu tas-sajf tal-2015 u l-2016, u hu bbażat skont il-ħtiġijiet, dan jispjega għaliex ma jsirx kull sena. Il-kandidati biss minn dawk il-lingwi li fihom hemm nuqqas kbir, kemm fuq perjodu qasir kif ukoll fuq perjodu medju, huma mistednin japplikaw. Il-kandidati jintgħażlu skont il-kombinazzjoni tal-lingwi tagħhom, applikazzjoni b’motivazzjoni tajba, u l-prestazzjoni f’test tal-preselezzjoni.

Give feedback on this page

mandatory field