×

Grazzi talli żort is-sit web il-ġdid tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ.  Bħalissa l-maġġoranza tal-paġni huma disponibbli bl-Ingliż.  Madankollu, bħalissa qiegħda ssir it-traduzzjoni tas-sit fit-23 lingwa l-oħra tal-UE.  Naġġornaw il-paġni jekk kif ikollna f’idejna t-traduzzjonijiet.

Iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea qed tiżviluppa inizjattivi biex tgħin fil-ħidma lejn Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. Dawn l-inizjattivi jirriflettu l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tippermetti liż-żgħażagħ kollha jirċievu l-aqwa edukazzjoni u taħriġ, u jsibu impjiegi mal-kontinent kollu.

Students of all ages studying

Lejn Żona Ewropea tal-Edukazzjoni

Il-Kummissjoni temmen li hu fl-interess komuni tal-Istati Membri kollha li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-edukazzjoni u tal-kultura bħala xpruni għall-ħolqien tal-impjiegi, għat-tkabbir ekonomiku u għall-ġustizzja soċjali kif ukoll bħala mezz li bih tiġi esperjenzata l-identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tiżviluppa inizjattivi biex tgħin fil-ħidma lejn Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. Dawn l-inizjattivi jirriflettu l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tippermetti liż-żgħażagħ kollha jirċievu l-aqwa edukazzjoni u taħriġ, u jsibu impjiegi mal-kontinent kollu. L-għan hu li, fl-Ewropa: 

  • iż-żmien barra pajjiżhom biex jistudjaw u jitgħallmu għandu jkun l-istandard; 
  • id-diplomi tal-iskola u tal-edukazzjoni għolja għandhom ikunu rikonoxxuti fl-UE kollha; 
  • l-għarfien ta’ żewġ lingwi apparti l-lingwa materna għandu jsir ir-regola;
  • kulħadd għandu jkollu aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità għolja, irrispettivament mill-isfond soċjoekonomiku tiegħu; kif ukoll
  • iċ-ċittadini għandhom ikollhom sens qawwi ta’ identità bħala Ewropej, tal-patrimonju kulturali tal-Ewropa u tad-diversità tagħha.

Kif qed taħdem il-Kummissjoni biex ikun hemm Żona Ewropea tal-Edukazzjoni?

F’Jannar 2018, il-Kummissjoni ppreżentat l-ewwel pakkett ta’ miżuri, li jindirizza:

Il-Kummissjoni issa ressqet it-tieni pakkett ta’ inizjattivi.

Fil-Komunikazzjoni tagħha Nibnu Ewropa aktar b’saħħitha: ir-rwol tal-politiki taż-żgħażagħ, tal-edukazzjoni u tal-kultura, il-Kummissjoni tenfasizza r-rwol importanti li għandhom l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-kultura fil-bini tal-futur tal-Ewropa. Hi tispjega kif qed twettaq l-istediniet stabbiliti mill-mexxejja Ewropej fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2017. Hi tiddeskrivi l-viżjoni tagħha għall-bini ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni fuq taħlita bejn:

Hi tiddeskrivi wkoll inizjattivi li għaddejjin lejn Universitajiet Ewropej u kard Ewropea tal-istudenti.

Dan il-pakkett ta’ inizjattivi jinkludi wkoll proposti għal Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar: