Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja

Il-Kummissjoni Ewropea taħdem mal-Istati Membri tal-UE biex tippromwovi l-kompetenzi, l-għarfien u l-perspettivi ewlenin li jiffaċilitaw it-tagħlim tul il-ħajja.

Kompetenzi ewlenin

Il-Kummissjoni Ewropea taħdem mal-Istati Membri tal-UE biex tappoġġja u ssaħħaħ l-iżvilupp ta’ kompetenzi ewlenin u ħiliet bażiċi għal kulħadd, minn età bikrija u matul il-ħajja. Il-kompetenzi ewlenin jinkludu l-għarfien, il-ħiliet, u l-attitudnijiet meħtieġa għat-twettiq u l-iżvilupp personali, l-impjegabbiltà, l-inklużjoni soċjali, u ċ-ċittadinanza attiva. 

L-għan tal-approċċ hu li jiġu promossi l-kompetenzi ewlenin billi: 

  • Jingħataw edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità għolja lil kulħadd
  • Jingħata appoġġ lill-istaff edukattiv fl-implimentazzjoni ta’ approċċi ta’ tagħlim u ta’ apprendiment ibbażati fuq il-kompetenzi 
  • Jiġu inkuraġġuti varjetà ta’ approċċi ta’ tagħlim u kuntesti ta’ tagħlim kontinwu
  • Jiġu esplorati approċċi li jivvalutaw u jivvalidaw il-kompetenzi ewlenin

X'qed isir 

Il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja bbażata fuq proposta tal-Kummissjoni. Ir-Rakkomandazzjoni tidentifika tmien kompetenzi ewlenin meħtieġa għas-sodisfazzjon personali, stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa u sostenibbli, l-impjegabbiltà, iċ-ċittadinanza attiva u l-inklużjoni soċjali: 

• Litteriżmu 
• Multilingwiżmu
• Ħiliet numeriċi, xjentifiċi u ta’ inġinerija 
• Kompetenzi diġitali u b’bażi teknoloġika
• Ħiliet interpersonali, u l-abbiltà li jiġu adottati kompetenzi ġodda 
• Ċittadinanza attiva 
• Intraprenditorija 
• Kuxjenza u espressjoni kulturali 

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tipprovdi qafas komuni Ewropew ta' referenza dwar il-kompetenzi ewlenin għal dawk li jfasslu l-politika, dawk li jipprovdu l-edukazzjoni u t-taħriġ, is-sħab soċjali u l-istudenti nnifishom. Hi tippreżenta wkoll modi ta’ suċċess biex jiġi promoss l-iżvilupp tal-kompetenzi permezz ta’ approċċi ta’ apprendiment innovattivi, metodi ta’ valutazzjoni u appoġġ għall-istaff edukattiv.