Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta’ Kwalità Għolja

L-ewwel snin huma essenzjali peress li jinfluwenzaw ħafna l-prospetti tal-individwi fir-rigward tal-edukazzjoni, l-impjieg u l-integrazzjoni aktar tard fil-ħajja. Il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal jibnu l-pedament għal aktar tagħlim u huma investiment effettiv fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

L-ewwel snin huma essenzjali peress li jinfluwenzaw ħafna l-prospetti tal-individwi fir-rigward tal-edukazzjoni, l-impjieg u l-integrazzjoni aktar tard fil-ħajja. Il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal jibnu l-pedament għal aktar tagħlim u huma investiment effettiv fl-edukazzjoni u t-taħriġ. 

Servizzi ta’ kwalità għolja huma essenzjali biex itejbu l-eżiti tal-edukazzjoni u biex jagħtu tluq ġust lit-tfal tal-iskola kollha, speċjalment dawk li jkunu ġejjin minn ambjenti żvantaġġati. Dan hu għaliex il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jenfasizza li t-tfal għandhom id-dritt għal edukazzjoni bikrija affordabbli u għal kura ta’ kwalità tajba.

Il-Kummissjoni għamlet proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar sistemi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal ta’ kwalità għolja, li għandha l-għanijiet li:

  • Tiżviluppa fehim komuni fl-UE kollha dwar x’jikkostitwixxi għoti ta’ servizz ta’ kwalità tajba fir-rigward tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Dan min-naħa tiegħu se jappoġġja r-riformi nazzjonali u jippromwovi l-inklużjoni soċjali billi jiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenza u tal-aħjar prattika.
  • Tappoġġja lill-Istati Membri tal-UE fl-isforzi tagħhom li jtejbu l-aċċess u l-kwalità tas-sistemi tal-edukazzjoni u tal-kura bikrija tat-tfal. Dan jinkludi li jkun disponibbli finanzjament tal-UE għal titjib fid-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi, u rieżaminazzjoni tal-benchmarks u tal-miri.

Wara n-negozjati bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ġiet adottata mill-Ministri tal-Edukazzjoni fil-laqgħa tal-Kunsill fi Brussell fit-22 ta’ Mejju 2019.