This site has been archived on 27/01/17
27/01/17

Mogħdija tan-navigazzjoni

10 snin ta' karti tal-flus u ta' muniti

31.03.2011 - Iddisinja l-ewro kommemorattiv 2012 għaċ-ċirkulazzjoni li għandu jinħareġ mill-pajjiżi kollha taż-żona tal-ewro

Jannar 2012 iwassal għall-ewwel 10 snin mill-introduzzjoni tal-karti tal-flus u l-muniti tal-ewro.

Biex dan ikun iċċelebrat, l-Istati Membri taż-żona tal-ewro se joħorġu munita kommemorattiva għaċ-ċirkulazzjoni fl-2012, li jkollha disinn komuni fin-naħa nazzjonali.

Aktar minn 330 miljun persuna fi 17-il pajjiż tal-UE issa qed jużaw l-ewro. Valuta komuni tagħmel kollox eħfef, bħal pereżempju meta wieħed iqabbel il-prezzijiet bejn il-pajjiżi, jivvjaġġa u jinnegozja (ma għadx hemm bżonn li jinbidlu l-flus jew tal-varjazzjonijiet fir-rati ta' skambju). Din issaħħaħ ukoll il-ħtieġa għall-politiki ekonomiċi u finanzjarji b'saħħithom.

Issottometti disinn

Jekk int ċittadin ta' Stat Membru tal-UE li l-valuta tiegħu hi l-ewro u li għandek tal-anqas 12-il sena sal-aħħar tal-2011, tista' tissottometti l-proposta tad-disinn tiegħek permezz ta' dan il-websajt. Id-disinn għandu juri l-valuta unika nfisha, u l-benefiċċji tagħha.

Designs must be submitted in an electronic template that you can download from the website. You can submit one design only during the competition, which will run for about 3 weeks, starting in late April.

Id-disinji għandhom jiġu sottomessi f'templejt elettroniku li tista' tiddawnlowdja mill-websajt. Tista' tissottometti disinn wieħed biss matul il-kompetizzjoni, li se ddum għaddejja madwar 3 ġimgħat, li jibdew lejn l-aħħar ta' April.

Minbarra li j/tara d-disinn tiegħu/tagħha fuq miljuni ta' muniti tal-ewro fiċ-ċirkulazzjoni, ir-rebbieħ/a se j/tingħata sett ta' muniti tal-ewro għall-kollezzjoni b'valur għoli.

Għażla tal-aħjar disinn

Dawk li huma ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-UE li l-valuta tiegħu hi l- jew li qed jgħixu fih għandhom jivvutaw għar-rebbieħ/a minn selezzjoni ta' parteċipanti magħżulin minn ġurija professjonali.

Se jittieħed vot fuq l-internet matul tliet ġimgħat f'Ġunju, filwaqt li d-disinn rebbieħ se jitħabbar fit-30 ta' Ġunju.

Il-munita kommemorattiva li se jkollha d-disinn rebbieħ se tinħareġ minn 17-il pajjiż ilkoll taż-żona tal-ewro kmieni fl-2012.

Ħares lejn din il-paġna għal aktar informazzjoni meta titniedi l-kompetizzjoni!!

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test