Il-politika ta' Malta dwar il-broadband hija waħda newtrali f'termini ta' teknoloġija u favur ambjent kummerċjali kompetittiv.

English | Malti

Sommarju dwar l-iżvilupp tal-broadband f'Malta

Malta diġà laħqet l-ewwel għan tal-Aġenda Diġitali (DAE) dwar l-iżvilupp ta' broadband ta' 30 Mbps b'kopertura ta' 100 %. L-għan tad-DAE, li sal-2020 50 % tad-djar ikollhom abbonament għall-broadband b'rata ta' trasferiment ogħla minn 100 Mbps, se jiġi diskuss fl-i Strateġija għal Malta Diġitali 2014-2020.

L-istrateġija u l-politika nazzjonali dwar il-broadband

Awtoritajiet responsabbli

  • Il-qasam tal-iżvilupp tal-broadband jaqa' taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
  • L-Aġenzija tat-Teknoloġija tal-Informatika ta' Malta (MITA) tagħti l-impetu prinċipali għall-politika dwar it-tekonoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, programmi u inizjattivi fil-gvern.
  • L-awtorità regolatorja nazzjonali għall-kommunikazzjonijiet elettroniċi u l-ġestjoni tal-ispektrum hija l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA). Permezz tal-fergħa tas-Soċjetà tal-Informazzjoni tagħha, l-MCA qed timplimenta għadd ta' miżuri li jistimulaw id-domanda, bl-għan li jiżdied l-użu tas-servizzi tal-broadband ultraveloċi. Dan jinkludi l-għoti tas-setgħa lin-nies sabiex jiksbu l-ħila u l-kuxjenza dwar il-possibiltajiet tal-internet (pereżempju għal kwalità ta' ħajja aħjar) permezz ta' informazzjoni personalizzata fuq portali tal-eGov, kummerċ elettroniku, servizzi bankarji onlajn u faċilitajiet għas-saħħa u l-kura soċjali. Barra minn hekk, l-MCA toffri għadd ta' inizjattivi b'enfażi partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) biex tappoġġja t-tkabbir ekonomiku. Dan jinkludi l-promozzjoni tal-cloud computing bħala innovatur/faċilitatur tan-negozju, konsulenza, taħriġ u parir speċifiku immirati lejn l-użu tat-teknoloġiji diġitali u attivitajiet oħra iffokati biex jappoġġjaw it-tkabbir tan-negozju – speċjalment fost l-SMEs.

Miżuri ewlenin għall-iżvilupp tal-broadband

Malta ppubblikat l-i Strateġija għal Malta Diġitali 2014-2020. L-attivitajiet ta' prijorità għal Malta huma l-mobilitazzjoni ulterjuri tal-infrastruttura tal-broadband kif ukoll l-assenjazzjoni tal-medda ta' spektrum ta' 800 MHz biex tiffaċilita l-introduzzjoni ta' netwerks LTE f'kompetizzjoni man-netwerk LTE eżistenti. L-għan tal-istrateġija huwa li sas-sena 2020 tiġi żgurata konnessjoni ta' 30 Mbps b' kopertura ta' 100 % u rata ta' abbonament ta' 50 % għall-konnessjoni ta' 100 Mbps. L-implimentazzjoni ta' din il-politika nazzjonali tinkludi newtralità fit-teknoloġija u ambjent kompetittiv. L-Strateġija Diġitali ta' Malta tenfasizza kemm l-aspetti relatati mal-provvista kif ukoll dawk tad-domanda fil-firxa tan-netwerk, il-qsim tal-infrastruttura eżistenti kif ukoll il-promozzjoni tal-IPv6 biex tħejji t-triq għall-Internet tal-Oġġetti (IoT).

Dettalji dwar l-iżvilupp tal-broadband u t-teknoloġiji f'Malta

Għal informazzjoni aġġornata dwar il-kopertura tal-broadband, l-abbonamenti u l-penetrazzjonijiet, il-kopertura ta' teknoloġiji differenti tal-broadband u l-ispejjeż relatati, ara l-iskeda ta' valutazzjoni u r-rapporti tal-pajjiż tad-Digital Economy & Society Index (DESI).

Assenjazzjoni tal-ispektrum għall-broadband bla fili

Iċċekkja l-ħarsa ġenerali għad-dettalji dwar l-assenjazzjonijiet armonizzati tal-ispettru u tikkonsulta l-istudju dwar l-assenjazzjonijiet tal-ispettru fl-UE.

Pubblikazzjonijiet u dokumenti tal-istampa

Bl-Ingliż

Informazzjoni ta' kuntatt

BCO Malta (Uffiċċju nazzjonali tal-Kompetenza tal-Broadband): Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni

Indirizz: Valletta Waterfront, Pinto Wharf, Floriana, FRN 1913, Malta
Kuntatt bl-email
Tel.: +356 21336840
Websajt

Uffiċċju tal-Prim Ministru, Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni

Indirizz: Auberge de Castille, Valletta VLT 1061, Malta
Kuntatt bl-email
Tel.: +356 2200 1467
Websajt

Malta Information Technology Agency

Indirizz: Gattard House, National Road, Blata l-Bajda HMR 9010, Malta
Kuntatt bl-email
Tel.: +356 21234710
Websajt

Country information - Malta