Protezzjoni Konsulari
Protezzjoni konsulari għal ċittadini tal-Unjoni Ewropea barra minn pajjiżhom

Paġna Ewlenija

/consularprotection/file/9_mtcarousel_cp.jpg

Consular Protection

Meta tgħix jew tivvjaġġa barra l-UE, xi kultant jista’ jkollok bżonn l-għajnuna mill-ambaxxata jew il-konsulat tiegħek, eż. fil-każ li titlef il-proprjetà personali kollha tiegħek jew tkun vittma ta’ delitt.

Iżda x’jiġri jekk pajjiżek ma jkollux rappreżentanza diplomatika jew konsulari fil-pajjiż fejn tinsab?

Skont il-liġi tal-UE, bħala "ċittadin tal-UE mhux rappreżentat", int intitolat għall-għajnuna minn kwalunkwe ambaxxata jew konsulat ieħor ta' Stat Membru tal-UE - bl-istess kundizzjonijiet li dan il-pajjiż tal-UE jgħin liċ-ċittadini tiegħu stess.

Dan is-sit web għandu l-għan li jagħtik informazzjoni ġenerali dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-UE mhux rappreżentati għal protezzjoni konsulari f’pajjiżi terzi bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż tal-UE. Jgħinek ukoll biex tiskopri jekk l-Istat nazzjonali tiegħek għandux ambaxxata jew konsulat f’pajjiż terz jew territorju partikolari. Jekk m’għandekx ambaxxata jew konsulat fil-pajjiż jew territorju fejn tinsab, is-sit jagħtik id-dettalji ta’ kuntatt tal-ambaxxati u l-konsulati ta’ Stati Membri oħra li hemm mnejn tkun trid tikkuntattja biex tingħata l-assistenza.

Last update: 10/10/2017 Fuq nett tal-paġna
Għandek tagħżel jew Stat Membru tal-UE jew pajjiż li mhuwiex fl-UE