Navigation path

PAĠNA EWLENIJA
Oqsma politiċi
Setturi
Dwar il-politika tal-kompetizzjoni
Leġiżlazzjoni u referenzi
Kuntatti
Kwistjonijiet Attwali
F'din it-taqsima:
Deskrizzjonji >
X'hemm ġdid?
Ġurnal Uffiċjali
Leġiżlazzjoni>
Każijiet (Reġistru)
Tabella ta’ Valutazzjoni, studji u rapporti
Kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali
Modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-istat >
Servizzi pubbliċi u kompetizzjoni
Għajnuna reġjonali
State Aid Weekly
e-News
Ilmenti

Il-Kontroll tal-Għajnuna Statali

Formola ta' ilment onlajn

Huwa importanti ħafna li timla l-formola bir-reqqa u tipprovdi t-tagħrif kollu possibbli.

Inti mitlub tiżgura li timla l-oqsma obbligatorji kollha mmarkati bi stilla (*). Il-formola ta' ilment ma tistax tintbagħat jekk dawn l-oqsma ma jimtlewx. Meta l-formola tkun kompluta, ikklikkja l-buttuna "Ibgħat" fin-naħa t'isfel ta' dan l-iskrin. Jekk ma mlejtx xi taqsima kif suppost, inti se tiġi mitlub li timliha. Jekk ma jidher l-ebda messaġġ ta' żball, mela l-formola mtliet kif suppost.

Inti mitlub tinnota li l-messaġġi email mibgħuta minn dan is-sit mhumhiex kodifikati ("encrypted") u għalhekk ma jistgħux jitqiesu kompletament sikuri.

Jekk teħtieġ għajnuna sabiex tibgħat l-ilment tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana hawn: stateaidgreffe@ec.europa.eu


Indika lil liema direttorat ġenerali tixtieq tibgħat l-ilment tiegħek.
L-ilment tiegħek se jintbagħat awtomatikament lid-direttorat ġenerali fil-kwistjoni.
Jekk m'intix żgur liema dipartiment hu responsabbli, tista' tindirizza l-ilment tiegħek lis-Segretarjat-Ġenerali.

*
1. Informazzjoni dwar il-persuna li qed tressaq l-ilment.
* *
2. Jien qed inressaq ilment f'isem xi ħadd ieħor (persuna jew kumpanija).*   iva    le
3. Jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn li ġejjin biex tiddeskrivi l-identità tiegħek.*
Kompetitur tal-benefiċjarju/i
Assoċjazzjoni tan-negozju li tirrappreżenta l-interessi tal-kompetituri
Organizzazzjoni mhux governattiva
Trejdjunjin
Ċittadin tal-UE
Oħrajn, jekk jogħġbok speċifika

Jekk jogħġbok spjega għaliex u sa fejn, l-allegata għajnuna mill-Istat taffettwa l-pożizzjoni kompettitiva tiegħek/il-pożizzjoni kompettitiva tal-persuna/kumpanija li qed tirrappreżenta. Ipprovdi l-akbar ammont ta' evidenza konkreta possibbli.

Kun af li, bis-saħħa tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, partijiet interessati biss skont it-tifsira tal-Artikolu 1(h) ta' dan ir-Regolament jistgħu jissottomettu lmenti formali. Għalhekk, fin-nuqqas ta' prova li int parti interessata, il-formola preżenti mhux se tkun irreġistrata bħala lment, u l-informazzjoni pprovduta fiha se tinżamm bħala informazzjoni tas-suq ġenerali.

4. Jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn li ġejjin*
Iva, tistgħu tiżvelaw l-identità tiegħi    Le, ma tistgħux tiżvelaw l-identità tiegħi
Jekk le, jekk jogħġbok speċifika r-raġunijiet:
 
Kunfidenzjalità: Jekk ma tixtieqx li l-identità tiegħek jew ċerti dokumenti jew informazzjoni ikunu divulgati, jekk jogħġbok indika dan b'mod ċar u identifika l-partijiet kunfidenzjali ta' kwalunkwe dokument, u agħti r-raġunijiet. Fl-assenza ta' xi indikazzjoni dwar il-kunfidenzjalità tal-identità tiegħek jew ċerti dokumenti jew tagħrif, dawn l-elementi se jitqiesu bħala mhux kunfidenzjali u jistgħu jintbagħtu lill-Istat Membru li allegatament qed jagħti l-għajnuna Statali. L-informazzjoni li tinsab fil-punti 5 u 6 ma tistax titqies bħala kunfidenzjali.
5. Informazzjoni dwar l-Istat Membru li qed jagħti l-għajnuna.*
Jekk jogħġbok kun af li, l-informazzjoni pprovduta f'dan il-punt mhix meqjusa kunfidenzjali.
a) Pajjiż:  
b) Speċifika liema istituzzjoni jew korp taw l-għajnuna tal-Istat allegatament illegali, jekk hija magħrufa:
  • Il-gvern ċentrali  
  • Reġjun (jekk jogħġbok speċifika)  
  • Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)  
6. Informazzjoni dwar il-miżura tal-allegata għajnuna.*
Jekk jogħġbok kun af li, l-informazzjoni pprovduta f'dan il-punt mhix meqjusa kunfidenzjali.
a) Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni tal-allegata għajnuna, u indika f'liema forma ngħatat (self, għotjiet, garanziji, inċentivi jew eżenzjonijiet mit-taxxa eċċ.).
b) Għal liema skop ingħatat l-allegata għajnuna (jekk magħruf)?
c) X'inhu l-ammont tal-allegata għajnuna (jekk magħruf)? Jekk ma għandekx iċ-ċifra eżatta, jekk jogħġbok ipprovdi estimu flimkien mal-evidenza ta' ġustifikazzjoni kollha possibbli.
d) Min hu l-benefiċjarju? Jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni kollha possibbli, inkluża deskrizzjoni tal-attivitajiet ewlenin tal-benefiċjarju/kumpanija(i) konċernata(i).
e) Sa fejn taf int, meta ngħatat l-allegata għajnuna?
f) Jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn li ġejjin:
Skont l-għarfien tiegħi, l-għajnuna mill-Istat ma ġietx notifikata lill-Kummissjoni.
Skont l-għarfien tiegħi, l-għajnuna mill-Istat ġiet notifikata, iżda ngħatat qabel id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk magħruf, jekk jogħġbok indika n-numru ta' referenza tan-notifika jew indika meta ġiet notifikata l-għajnuna.
Skont l-għarfien tiegħi, l-għajnuna mill-Istat ġiet notifikata u approvata mill-Kummissjoni, iżda l-implimentazzjoni tagħha ma kinitx tirrispetta l-kundizzjonijiet applikabbli. Jekk magħruf, jekk jogħġbok indika n-numru ta' referenza tan-notifika jew indika meta ġiet notifikata u approvata l-għajnuna.
Skont l-għarfien tiegħi, l-għajnuna mill-Istat ingħatat skont regolament ta' eżenzjoni ġenerali sħiħa, iżda l-implimentazzjoni tagħha ma kinitx tirrispetta l-kundizzjonijiet applikabbli.
7. Raġunijiet għall-ilment*
Jekk jogħġbok innota li, biex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE, l-allegata għajnuna għandha tingħata minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, trid twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti, u tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri.
a) Jekk jogħġbok spjega sa liema punt ir-riżorsi pubbliċi huma involuti (jekk dan huwa magħruf) u, jekk il-miżura kinitx adottata minn awtorità pubblika (imma pereżempju minn impriża pubblika), jekk jogħġbok spjega għaliex, fl-opinjoni tiegħek, hija imputabbli għall-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru.
b) Jekk jogħġbok spjega għaliex, fl-opinjoni tiegħek, l-allegata għajnuna mill-Istat hija selettiva (jiġifieri tiffavorixxi ċerti impriżi kummerċjali jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti).
c) Jekk jogħġbok spjega kif, fl-opinjoni tiegħek, l-allegata għajnuna mill-Istat tagħti vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju jew benefiċjarji.
d) Jekk jogħġbok spjega għaliex, fl-opinjoni tiegħek, twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni.
e) Jekk jogħġbok spjega għaliex, fl-opinjoni tiegħek, l-allegata għajnuna taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.
8. Kompatibbiltà tal-għajnuna.
Jekk jogħġbok indika r-raġunijiet għaliex fl-opinjoni tiegħek l-allegata għajnuna mhix kompatibbli mas-suq intern.
9. Tagħrif dwar allegat ksur ta' regoli oħra tal-liġi tal-Unjoni Ewropea u dwar proċeduri oħra.
a) Jekk magħrufa, jekk jogħġbok indika liema regoli oħra tal-liġi tal-Unjoni Ewropea inti taħseb li ġew miksura permezz tal-għoti tal-allegata għajnuna. Inti mitlub tkun konxju li dan ma jimplikax neċessarjament li dan il-ksur potenzjali se jiġi indirizzat fl-investigazzjoni tal-għajnuna mill-Istat.
b) Inti diġà kellimt lis-servizzi tal-Kummissjoni jew ta' xi istituzzjoni Ewropea oħra dwar din il-kwistjoni?*
Iva Le      Jekk iva, jekk jogħġbok ehmeż kopji tal-korrispondenza.
c) Inti diġà kellimt lill-awtoritajiet nazzjonali jew il-qrati nazzjonali dwar din l-istess kwistjoni?*
Iva Le      Jekk iva, jekk jogħġbok indika liema awtoritajiet jew qrati; u, jekk kien hemm diġà deċiżjoni jew sentenza, jekk jogħġbok hemeż kopja (jekk din hija disponibbli); jekk, min-naħa l-oħra, il-każ għadu pendenti, jekk jogħġbok indika r-referenza tiegħu (jekk din hija disponibbli).
d) Jekk jogħġbok ipprovdi kull informazzjoni oħra li tista' tkun rilevanti għall-valutazzjoni ta' dan il-każ.
10. Id-dokumenti ta' sostenn
Jekk jogħġbok niżżel kull dokument u evidenza li tressqu biex isostnu l-ilment u jekk meħtieġ żid l-annessi (billi tuża l-buttuna/(i) "Browse" t'hawn taħt)..
  • Kull meta possibbli, kopja tal-liġi nazzjonali jew miżuri oħra li jistabbilixxu l-bażi legali għall-ħlas tal-allegata għajnuna għandhom jiġu pprovduti.
  • Meta jkun possibbli, jekk jogħġbok ehmeż kwalunkwe evidenza disponibbli li ngħatat l-għajnuna mill-Istat (pereżempju stqarrija għall-istampa, kontijiet ippubblikati).
  • Jekk l-ilment qed jitressaq f'isem xi ħadd ieħor (persuna naturali jew kumpanija) jekk jogħġbok ehmeż provi li bħala rappreżentant inti awtorizzat li taġixxi.
  • Fejn huwa applikabbli, jekk jogħġbok ehmeż kopji tal-korrispondenza li saret preċedentament mal-Kummissjoni Ewropea jew ma' kwalunkwe istituzzjoni nazzjonali jew Ewropea rigward l-istess kwistjoni.
  • Jekk din il-kwistjoni diġà ġiet indirizzata minn qorti/awtorità nazzjonali, jekk jogħġbok ehmeż kopja tas-sentenza/deċiżjoni, jekk hija disponibbli.

11. Jiena hawnhekk niddikjara li l-informazzjoni kollha f'din il-formola u fl-annessi hija pprovduta b'bonafidi.*
Iva
Ibgħat jew abbanduna
    
Il-messaġġi bl-email li mibgħuta minn das-sit mhumiex encrypted u għaldaqstant ma jistgħux jitqiesu kompletament sikuri.



  
lura għall-paġna tal-bidu tal-formola ta' ilment lura għall-paġna ewlenija