Ara l-punti ewlenin

soteu_highlights_2017

Video Description

Ara d-diskors kollu.

 

Nhar l-Erbgħa, it-13 ta’ Settembru 2017, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker għamel id-diskors annwali tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea.

Il-President Juncker qal: “Ir-riħ reġa’ qed jonfoħ fil-qala tal-Ewropa. Iżda dan mhu se jeħodna mkien sakemm ma nisfruttawhx. (…) Irridu nfasslu d-direzzjoni għall-ġejjieni. Bħalma kiteb Mark Twain, għada pitgħada se nkunu aktar diżappuntati minħabba l-affarijiet li ma għamilniex, milli minħabba dawk li għamilna. Issa wasal iż-żmien li nibnu Ewropa aktar magħquda, aktar qawwija u aktar demokratika għall-2025.

Biex l-aġenda ta’ riforma stabbilita fid-diskors tiegħu titmexxa ’l quddiem, il-President Juncker ippropona Pjan Direzzjonali għal Unjoni Aktar Magħquda, Aktar b’Saħħitha u Aktar Demokratika. Serje ta’ inizjattivi konkreti ġew immedjatament adottati mill-Kummissjoni — dwar il-kummerċ, l-investiment, is-sigurtà ċibernetika, l-industrija, id-dejta u d-demokrazija.

Pubblikazzjonijiet

Skedi informattivi dwar l-Istat tal-Unjoni:

  • Pjan direzzjonali għal Unjoni aktar Magħquda, aktar Qawwija u aktar Demokratika
  • L-unjoni ekonomika u monetarja llum
  • Ministru Ewropew tal-Ekonomija u l-Finanzi
  • Is-servizz ta’ sostenn għar-riforma strutturali
  • Awtorità Ewropea tax-Xogħol
  • L-istazzjonar tal-Ħaddiema fl-UE
  • Differenzi fil-kwalità tal-prodotti tal-ikel
  • Regolamentazzjoni aħjar
  • Is-sħubija ewlenija tal-UE mal-Afrika
  • Il-Korpi Ewropej ta’ Solidarjetà: Sena Wara

Fuljett: Djalogi maċ-Ċittadini dwar il-Futur tal-Ewropa

X'ingħad fil-midja soċjali

Ibgħatilna l-kummenti tiegħek

L-opinjonijiet tal-pubbliku huma importanti. Il-Kummissjoni qed timpenja ruħha attivament mal-komunitajiet fl-Ewropa biex tieħu kont tal-opinjonijiet tagħhom dwar il-prijoritajiet għall-Ewropa biex tħares ‘il quddiem.