First published on
10 Mejju 2017

Id-Dokument ta' Riflessjoni ta' llum jiftaħ dibattitu vitali dwar l-aħjar mod kif l-UE tista' timmaniġġa l-globalizzazzjoni u tirrispondi għall-opportunitajiet u l-isfidi tagħha bl-aħjar mod:

Fuq il-front estern, id-dokument jiffoka fuq il-ħtieġa li nsawru ordni globali tassew sostenibbli, ibbażat fuq regoli kondiviżi u aġenda komuni. L-UE minn dejjem appoġġat sett ta' regoli globali “multilaterali” b'saħħithom u effettivi u għandha tkompli tiżviluppah b'mod li tindirizza sfidi ġodda u tiżgura li jkun hemm infurzar effikaċi. Pereżempju, l-UE tista' tinsisti għal regoli ġodda biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi billi tindirizza mġiba ta' ħsara u żleali bħalma huma l-evażjoni tat-taxxa, is-sussidji tal-gvern jew id-dumping soċjali. Strumenti effettivi għad-difiża tal-kummerċ u qorti multilaterali tal-investiment jistgħu wkoll jgħinu biex l-UE taġixxi b'mod deċiżiv kontra pajjiżi jew kumpaniji li jwettqu prattiki inġusti.

Fuq il-front domestiku, id-dokument jissuġġerixxi għodod li jipproteġu u jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini permezz ta' politiki soċjali robusti u jipprovdu l-edukazzjoni u l-appoġġ għat-taħriġ neċessarji matul ħajjithom. Politiki tat-taxxa progressivi, investiment fl-innovazzjoni u politiki sodi tal-ħarsien soċjali jistgħu jgħinu biex il-ġid jiġi ridistribwit b'mod aktar ġust. Sadanittant, l-użu tal-fondi strutturali tal-UE biex jiġu megħjuna reġjuni vulnerabbli u l-Fond ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni tal-UE sabiex jgħin lill-ħaddiema li tilfu xogħlhom biex isibu xogħol ieħor jistgħu jtaffu l-impatti negattivi.

Files

DownloadPDF - 4.6 MB
DownloadPDF - 187.7 KB

Informazzjoni relatata