First published on
28 ġunju 2017

Il-baġit tal-UE qiegħed iħabbat wiċċu ma' sfida iebsa biex jiffinanzja aktar b'anqas. L-UE hija mistennija tieħu rwol akbar f'oqsma ġodda ta' politika bħall-migrazzjoni, is-sigurtà interna u esterna u d-difiża. U l-Ewropa trid ukoll iżżomm ir-rwol tagħha ta' mexxej fix-xena globali, bħala donatur ewlieni tal-għajnuna umanitarja u tal-iżvilupp u bħala mexxej fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Dan irid jinkiseb b'baġit tal-UE li jista' biss jiċkien wara t-tluq tar-Renju Unit.

Id-dokument ta' riflessjoni tal-lum iħares lejn din l-isfida u jistabbilixxi l-elementi prinċipali għal diskussjoni strutturata fuq il-ħames xenarji tal-White Paper: l-UE sejra sempliċiment tkompli, tagħmel inqas flimkien, timxi ‘l quddiem f'livelli differenti ta' intensità, tagħmel inqas imma b'mod aktar effiċjenti jew tagħmel ħafna aktar flimkien? Kull wieħed minn dawn ix-xenarji illustrattivi jkollu konsegwenzi differenti — kemm f'termini ta' x'jintefaq fuq xiex, kemm f'termini ta' minn fejn jistgħu jiġu l-flus. L-għażliet ivarjaw minn li jonqos l-infiq fuq il-politiki eżistenti għal li jiżdied id-dħul.

Barra minn hekk, id-dokument ta' riflessjoni jistabbilixxi l-karatteristiċi bażiċi tal-baġit tal-UE u jiddeskrivi x-xejriet prinċipali u l-iżviluppi f'oqsma ewlenin ta' politika bħall-koeżjoni jew l-agrikoltura. Dan id-dokument jindirizza wkoll kwistjonijiet trażversali bħalma huma l-valur miżjud tal-fondi tal-UE jew l-artikulazzjoni bejn finanzjament mill-UE u r-riformi strutturali fl-Istati Membri.

Files

DownloadPDF - 1.4 MB
DownloadPDF - 196.9 KB
DownloadPDF - 533.9 KB

Informazzjoni relatata