Oqsma ta' politika

  • Politika barranija

    Politika barranija

    L-UE għandha relazzjonijiet diplomatiċi kważi mal-pajjiżi kollha fid-dinja. Hi għandha sħubijiet strateġiċi ma' atturi internazzjonali ewlenin, tinsab involuta bi sħiħ ma' potenzi emerġenti madwar id-dinja, u ffirmat Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni bilaterali ma' għadd ta' stati fil-viċinat tagħha.

  • Politika Ewropea tal-Viċinat

    Politika Ewropea tal-Viċinat

    Niffukaw fuq l-istabbilizzazzjoni tar-reġjun, f’termini politiċi, ekonomiċi u ta’ sigurtà. L-istabilità proprja tal-UE hi mibnija fuq id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u l-politika se tkompli tappoġġja dawn il-valuri universali.

  • Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp

    Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp

    Permezz tal-politika tagħha ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp, l-UE tikkontribwixxi biex tnaqqas il-faqar fid-dinja, tiżgura żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli, u tippromwovi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

  • Għajnuna Umanitarja, Protezzjoni Ċivili

    Għajnuna Umanitarja, Protezzjoni Ċivili

    L-UE tipprovdi għajnuna umanitarja bbażata fuq il-ħtiġijiet b’attenzjoni partikolari għall-vittmi l-aktar vulnerabbli, u tikkoordina l-assistenza Ewropea għall-protezzjoni ċivili meta jseħħu diżastri madwar id-dinja.

  • Politika kummerċjali

    Politika kummerċjali

    Il-politika kummerċjali tal-UE tistabbilixxi d-direzzjoni għall-kummerċ u l-investiment fl-UE u barra l-UE. Din taffettwa liċ-ċittadini tal-UE u hi magħmula bl-input tagħhom biex tirrifletti l-valuri u l-interessi tas-soċjetà tal-UE bħala entità waħda. L-UE tgħin lin-negozji jisfruttaw kemm jistgħu l-opportunitajiet globali u għandha l-għan li tixpruna t-tkabbir, l-impjiegi, l-kompetittività u l-investiment fl-UE.

  • Sigurtà u Difiża

    Sigurtà u Difiża

    Il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni Ewropea għandha l-għan li ssaħħaħ l-abilità tal-UE biex tipprevjeni u timmaniġġja kriżijiet permezz tal-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ċivili u militari.

  • Tkabbir tal-UE

    Tkabbir tal-UE

    Investiment fil-paċi, is-sigurtà u l-istabilità fl-Ewropa: il-prospett ta’ sħubija fl-UE għandu effett trasformattiv qawwi fuq il-pajjiżi fil-proċess, u jfisser tibdil pożittiv fis-setturi tad-demokrazija, tal-politika, tal-ekonomija u dak soċjetali.

Sfond

Il-kriżi politika fl-Ukrajna, is-sitwazzjoni fis-Sirja u t-taqlib fil-Lvant Nofsani għamluha ċara li l-UE għandha bżonn politika barranija komuni aktar b’saħħitha. L-UE għandha firxa wiesgħa ta’ strumenti ta’ “setgħa ta' persważjoni” – fosthom politika kummerċjali u għajnuna għall-iżvilupp, ikkoordinati mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà Federica Mogherini.

Lil hinn minn dawn l-istrumenti, il-gvernijiet nazzjonali li jixtiequ jagħmlu hekk jistgħu jiġbru flimkien il-kapaċitajiet tagħhom tad-difiża sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw f’missjonijiet konġunti tal-UE, biex jevitaw id-duplikazzjoni ta’ programmi u jiffrankaw il-flus.

Apparti l-istrumenti tal-politika barranija, il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata li tipprovdi għajnuna ta' sokkors lill-persuni l-aktar vulnerabbli li jisfaw maqbuda f’diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem. L-għajnuna tiġi pprovduta permezz tal-istrumenti tagħha għall-għajnuna umanitarja u l-protezzjoni ċivili.

Atti