Stat tal-Unjoni 2018

Stat tal-Unjoni 2018

Diskors annwali tal-President Juncker dwar l-Istat tal-UE fil-Parlament Ewropew

L-Istat tal-Unjoni 2017

L-Istat tal-Unjoni 2017

Fl-2017, id-diskors tal-President Juncker kellu ton pożittiv, fejn innota li r-riħ reġa' qed jonfoħ fil-qala' tal-Ewropa. Fid-diskors huwa ħares lejn il-futur, fejn ippropona pjan direzzjonali għal Unjoni aktar magħquda, aktar qawwija u aktar demokratika. Il-Kummissjoni adottat inizjattivi dwar il-kummerċ, l-iskrinjar tal-investiment, iċ-ċibersigurtà, l-industrija, id-data u d-demokrazija.

Stat tal-Unjoni 2016

Stat tal-Unjoni 2016

Fl-2016, il-President Juncker ħabbar inizjattivi ġodda biex ninvestu fiż-żgħażagħ tal-Ewropa, il-persuni li qed ifittxu impjieg u n-negozji ġodda, u biex nespandu l-aċċess għall-wi-fi f’postijiet pubbliċi, u nagħmlu liġijiet tad-drittijiet tal-awtur aktar ġusti. Huwa ppreżenta wkoll il-Pjan ta’ Investiment għall-Afrika u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta l-ġdida.

State of the Union 2015

State of the Union 2015

In 2015, President Juncker's first State of the Union Address focused on major challenges included the emerging refugee crisis, the future of the euro, and foreign policy. President Juncker presented new proposals in the fields of migration, external action, and economic and fiscal policy.

Punti ewlenin fil-kwotazzjonijiet

2017

Ir-riħ reġa’ qed jonfoħ fil-qala’ tal-Ewropa. Issa quddiemna nfetħet tieqa ta’ opportunità iżda din mhix se tibqa’ miftuħa għal dejjem. Issa wasal iż-żmien li nibnu Ewropa aktar magħquda, aktar qawwija, aktar demokratika.

Il-wisa’ tal-Ewropa testendi minn Vigo sa Varna. Minn Spanja sal-Bulgarija. Mil-Lvant sal-Punent: L-Ewropa trid tieħu n-nifs biż-żewġ pulmuni tagħha. Inkella l-kontinent tagħna se jbati biex jieħu n-nifs.

L-Ewropa għandha tkun kapaċi tieħu azzjoni aktar malajr u b’mod aktar deċiż, u dan japplika wkoll għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja (...) Bdejna nsewwu s-saqaf. Iżda issa hemm bżonn li nlestu l-biċċa xogħol, issa li x-xemx qed tiżreġ u sakemm għadha hekk.

2016

Nistgħu nkunu magħqudin għalkemm aħna differenti. In-nazzjonijiet demokratiċi u kbar tal-Ewropa ma għandhomx jixxejru mal-irjiħat tal-populiżmu. L-Ewropa ma għandhiex tibża’ quddiem it-terroriżmu. Le – L-Istati Membri għandhom jibnu Ewropa li tipproteġi. U aħna, l-istituzzjonijiet Ewropej, għandna
ngħinuhom iwettqu din il-wegħda.

Is-solidarjetà hi l-kolla li żżomm l-Unjoni
tagħna magħquda (...) Meta l-għoljiet Portugiżi kienu qed jaqbdu, kienu ajruplani Taljani li tfew in-nirien. Meta għargħar qata' l-provvista tad-dawl fir-Rumanija, kienu ġeneraturi Żvediżi li reġgħu xegħlu d-dawl. Meta eluf ta’ refuġjati waslu fuq ix-xtut Griegi, kienu tined Slovakki li pprovdew kenn.

It-tolleranza ma tistax tinkiseb bil-prezz tas-sigurtà tagħna. Irridu nkunu nafu minn qed jaqsam il-fruntieri tagħna (...) Kull darba li xi ħadd jidħol u joħroġ mill-UE, se jkun hemm rekord ta’ meta, fejn u għalfejn.

2015

L-Unjoni Ewropea tagħna mhix fi stat tajjeb. Ma hemmx biżżejjed Ewropa f’din l-Unjoni. U ma hemmx biżżejjed Unjoni f’din l-Unjoni. Jeħtieġ li dan inbiddluh. U jeħtieġ li dan inbiddluh issa.

Nemmen li nistgħu, u li għandna, inwettqu r-rwol tagħna fix-xena internazzjonali; mhux għall-vanità tagħna, iżda għaliex għandna xi ħaġa x'noffru. (...) Irrid Ewropa li tmexxi. Meta l-Unjoni Ewropea tkun magħquda, nistgħu nibdlu d-dinja.

Nimbuttaw lura d-dgħajjes mill-mollijiet, nagħtu n-nar lill-kampijiet tar-refuġjati (...) din mhix l-Ewropa. L-Ewropa hi l-furnar f'Kos li jqassam il-ħobż tiegħu lil dawn l-erwieħ bil-ġuħ u għajjenin. L-Ewropa hija l-istudenti fi Munich u f'Passau li jġibu ħwejjeġ għal dawk li jkunu għadhom kemm waslu fl-istazzjon tal-ferrovija (...) Din hija l-Ewropa li rrid ngħix fiha.