Oqsma ta' politika

L-aġenda tal-Kummissjoni dwar il-migrazzjoni tiddeskrivi rispons immedjat għas-sitwazzjoni ta’ kriżi fil-Mediterran u tistabbilixxi passi aktar fit-tul għall-ġestjoni tal-migrazzjoni fl-aspetti kollha tagħha.

Sfond

Il-migrazzjoni hija waħda mill-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni Juncker. L-għan ewlieni huwa li l-kwistjoni tiġi indirizzata b’mod komprensiv.

L-aġenda tal-Kummissjoni dwar il-migrazzjoni tiddefinixxi l-miżuri immedjati meħtieġa biex jiġu evitati t-traġedji umani u biex jissaħħu r-risponsi ta’ emerġenza.

Filwaqt li l-kriżi fil-Mediterran dawritilna ħarsitna fuq il-ħtiġijiet immedjati, din żvelat ukoll ħafna rigward il-limitazzjonijiet strutturali tal-politika dwar il-migrazzjoni tal-UE u dwar l-għodod tagħha. L-UE għandha ssib bilanċ ġust u tibgħat messaġġ ċar liċ-ċittadini Ewropej li l-migrazzjoni tista’ tiġi mmaniġġjata aħjar b’mod kollettiv. Din hija r-raġuni għaliex l-aġenda tiddefinixxi wkoll approċċ strateġiku ġdid biex il-migrazzjoni tiġi mmaniġġjata fuq terminu medju u twil ta' żmien.

Id-dettalji kollha jinsabu fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali (dipartiment) għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.

Biex tindirizza s-sitwazzjoni ta’ emerġenza bla preċedent tul ir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran-il-Balkani tal-Punent, l-UE u l-pajjiżi f’din iż-żona l-aktar milquta qablu dwar pjan ta’ azzjoni ta’ 17-il punt. Il-miżuri jkopru:

  • skambju permanenti ta’ informazzjoni
  • limitu fuq il-movimenti sekondarji
  • appoġġ lir-refuġjati u l-għoti ta' kenn u mistrieħ
  • ġestjoni kondiviża tal-flussi tal-migrazzjoni
  • ġestjoni tal-fruntieri
  • indirizzar tal-kuntrabandu u t-traffikar

L-UE qed taħdem ukoll mal-Unjoni Afrikana bħala parti mill-politika tagħha ta' approċċ globali għall-migrazzjoni u l-mobilità. Pjan ta’ azzjoni li ġie adottat f’April 2014 jiffoka fuq:

  • it-traffikar tal-bnedmin
  • ir-rimessi
  • id-dijaspora
  • il-mobilità u l-migrazzjoni tal-ħaddiema (fosthom il-mobilità intra-Afrikana)
  • il-protezzjoni internazzjonali (fosthom il-persuni spustati internament)
  • il-migrazzjoni irregolari

Atti