Oqsma ta' politika

  • L-Unjoni tas-Sigurtà

    L-Unjoni tas-Sigurtà

    L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà timmira lejn rispons tal-UE aktar b’saħħtu, ikkoordinat u komprensiv għall-kriminalità tat-terroriżmu u ċ-ċiberkriminalità.

  • Il-kooperazzjoni ġudizzjarja

    Il-kooperazzjoni ġudizzjarja

    Naħdmu fuq il-fiduċja reċiproka fil-kwistjonijiet kriminali biex niġġieldu kontra t-traffikar tal-bnedmin, il-kuntrabandu u l-korruzzjoni. Noħolqu żona Ewropea tal-ġustizzja billi nillinkjaw is-sistemi legali nazzjonali differenti mal-UE kollha, u b'hekk nagħmlu l-ħajja aktar faċli għaċ-ċittadini u l-kumpaniji.

  • Id-drittijiet fundamentali

    Id-drittijiet fundamentali

    Nipproteġu l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali billi nikkonkludu l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u niżguraw li l-proposti kollha tal-Kummissjoni jirrispettaw il-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali. Id-Direttiva Kontra d-Diskriminazzjoni tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni u tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi.

  • Il-protezzjoni tad-data

    Il-protezzjoni tad-data

    Nirriformaw ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data biex lin-nies nagħtuhom il-kontroll fuq id-data personali tagħhom u ngħinu lin-negozji. Niżguraw li l-pajjiżi li mhumiex fl-UE wkoll jipproteġu d-data personali taċ-ċittadini tal-UE.

  • Il-protezzjoni tal-konsumatur

    Il-protezzjoni tal-konsumatur

    Nipproteġu u nagħtu s-setgħa lill-konsumaturi billi nirrinfurzaw is-sikurezza tal-konsumatur għall-oġġetti, is-servizzi u l-ikel; inżommu lill-konsumaturi infurmati aħjar; intejbu l-infurzar tar-regoli tal-konsumatur u nadattaw il-liġi tal-konsumatur għall-era diġitali.

Sfond

Objectives
  • Nimplimentaw Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà biex niġġieldu kontra t-terroriżmu u nipprevjenu r-radikalizzazzjoni
  • Niġġieldu kontra l-korruzzjoni, u l-kriminalità transfruntiera u organizzata
  • Nippermettu liċ-ċittadini u lill-kumpaniji fl-UE li jiddefendu drittijiethom barra pajjiżhom, billi ntejbu r-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi tal-qrati fl-UE kollha.
  • Noħolqu Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew indipendenti biex jiġġieled kontra l-frodi u l-użu ħażin tal-flus tal-UE
  • Niddefendu d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u nimplimentaw Direttiva Kontra d-Diskriminazzjoni biex niġġieldu d-diskriminazzjoni u nippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel
  • Nikkonkludu l-adeżjoni tal-UE fil-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa
  • Niżguraw li l-proposti kollha tal-Kummissjoni jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
  • Nirriformaw ir-regoli dwar id-data personali tal-UE u niżguraw li l-aġenziji tal-gvern u l-kumpaniji tal-Istati Uniti jipproteġu d-data personali taċ-ċittadini tal-UE b’mod adegwat
  • Nissalvagwardjaw id-drittijiet tal-konsumatur permez tal-leġiżlazzjoni, niżguraw li r-regoli huma adattati għat-tibdiliet ekonomiċi u soċjali – speċjalment fil-qasam diġitali, fl-enerġija, u fis-servizzi finanzjarji.
  • Niggarantixxu s-sikurezza tal-prodotti fis-suq uniku, u ngħinu lill-konsumaturi jwettqu għażliet ibbażati fuq informazzjoni ċara, preċiża u konsistenti

Atti