Kontenut tal-Paġna

Il-Kummissjoni Ewropea adottat Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari ġdid u ambizzjuż biex tgħin lin-negozji u lill-konsumaturi Ewropej jaqilbu għal ekonomija aktar b’saħħitha u aktar ċirkolari fejn ir-riżorsi jintużaw b’mod iktar sostenibbli.

L-azzjonijiet proposti se jikkontribwixxu biex “jingħalaq iċ-ċirku” taċ-ċikli tal-ħajja tal-prodotti billi jiżdiedu r-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid, u b'hekk iwasslu benefiċċji konsiderevoli kemm għall-ambjent kif ukoll għall-ekonomija. Il-pjanijiet se joħorġu l-valur u l-użu massimi tal-materja prima kollha, il-prodotti kollha u l-iskart kollu u b’hekk se jrawmu l-iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis ta’ Gassijiet b’Effet ta’ Serra.

Il-proposti jkopru ċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-prodotti: mill-produzzjoni u l-konsum sal-immaniġġjar tal-iskart u s-suq tal-materja prima sekondarja. Din it-tranżizzjoni se tiġi appoġġjata finanzjarjament mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), li jinkludu €5.5 biljun għall-immaniġġjar tal-iskart. Barra minn hekk, se jingħataw €650 miljun taħt Orizzont 2020 (il-programm ta’ finanzjament tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni) u investimenti fl-ekonomija ċirkolari fil-livell nazzjonali.

 

Atti