Oqsma ta' politika

  • Strateġija għas-Suq Uniku

    Strateġija għas-Suq Uniku

    Niżblukkaw il-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku sabiex iċ-ċittadini, in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi jkollhom aċċess għal oġġetti u servizzi bl-aħjar kwalità, prezz jew servizz; il-professjonisti jistgħu joffru servizzi fl-UE malajr u b’mod konvenjenti; l-intraprendituri jistgħu jinnovaw u jespandu; il-mudelli ġodda ta’ negozju u s-servizzi jistgħu jiffjorixxu; u l-bejjiegħa bl-imnut isibuha faċli biex jistabbilixxu lilhom infushom, iwettqu negozju u jwasslu l-prodotti tagħhom lil hinn mill-fruntieri.

  • Unjoni tas-swieq kapitali

    Unjoni tas-swieq kapitali

    Tnaqqis fil-frammentazzjoni fis-swieq finanzjarji, diversifikazzjoni tas-sorsi tal-finanzjament, tisħiħ tal-flussi transfruntiera tal-kapital u titjib fl-aċċess għall-finanzjament għan-negozji, b’mod partikolarli l-SMEs.

  • Pjan ta’ azzjoni għal tassazzjoni korporattiva aktar ġusta

    Pjan ta’ azzjoni għal tassazzjoni korporattiva aktar ġusta

    Niġġieldu l-abbuż tat-taxxa, niżguraw dħul sostenibbli u nappoġġjaw ambjent tan-negozju aħjar fis-Suq Uniku.

  • Mobilità tal-Forza tax-Xogħol

    Nippromwovu l-mobilità tal-forza tax-xogħol, speċjalment fejn ikun hemm postijiet battala persistenti u tlaqqigħ ħażin tal-ħiliet, filwaqt li nipproteġu d-drittijiet soċjali tal-ħaddiema u niżguraw kompetizzjoni ġusta fis-suq tax-xogħol Ewropew.

Sfond

Objectives
  • Inlestu s-suq intern tal-prodotti u s-servizzi u t-trasformazzjoni tiegħu bħala l-punt ta’ tluq għall-kumpaniji u l-industrija tagħna sabiex dawn jirnexxu fl-ekonomija globali.
  • Nistimolaw l-investiment f’teknoloġiji ġodda, intejbu l-ambjent tan-negozju, niffaċilitaw l-aċċess għas-swieq u għall-finanzjament, b’mod partikolari għall-SMEs, u niżguraw li l-ħaddiema jkollhom il-ħiliet li teħtieġ l-industrija.
  • Noħloqu Unjoni tas-Swieq Kapitali, biex ikun eħfef għan-negozji ż-żgħar li jiġġeneraw il-flus u biex l-Ewropa ssir post aktar attraenti għall-investiment.
  • Inħeġġu lill-ħaddiema biex jaċċettaw impjiegi f’pajjiżi oħra tal-UE sabiex jimlew il-postijiet battala u jissodisfaw il-ħtieġa għal ħiliet speċjali.
  • Neżaminaw mill-ġdid id-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta' Ħaddiema u niżguraw l-implimentazzjoni stretta tagħha, sabiex jiġi evitat id-dumping soċjali.
  • Inħeġġu l-kooperazzjoni amministrattiva fost l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa.
  • Naħdmu favur l-adozzjoni ta’ bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva u għal taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji fil-livell tal-UE.

Atti