Oqsma ta' politika

L-istrateġija tal-unjoni tal-enerġija tal-UE hija magħmula minn ħames dimensjonijiet. Skont ir-regoli l-ġodda dwar il-governanza tal-unjoni tal-enerġija, il-pajjiżi tal-UE huma meħtieġa li jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima li jkopru dawn il-ħames dimensjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2030.

Sfond

L-enerġija hija essenzjali għall-mod kif ngħixu. Għandna bżonnha, pereżempju, għad-dawl, it-tisħin, it-trasport u l-industrija. Tħaddem il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, il-kompjuters, it-televixins u apparat ieħor li nużaw kważi b’mod awtomatiku.

L-approċċ tal-Kummissjoni huwa li tiżgura li l-Ewropej ikollhom aċċess għal enerġija li tkun sikura, sostenibbli u affordabbli.

Objectives
  • Niżguraw il-provvisti tal-enerġija
  • Nespandu s-suq intern tal-enerġija
  • Inżidu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija
  • Innaqqsu l-emissjonijiet u niddekarbonizzaw l-ekonomija
  • Nappoġġjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni

Atti