Oqsma ta' politika

L-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali hija magħmula minn tliet oqsma ta’ politika jew ‘pilastri’

Sfond

L-Ewropej spiss iħabbtu wiċċhom ma’ ostakoli meta jużaw servizzi u għodod online. F’suq uniku diġitali funzjonali se jkun hemm inqas ostakoli, u aktar opportunitajiet: se jippermetti lill-persuni u lin-negozji li jinnegozjaw u jinnovaw b’mod liberu. Huma jistgħu jagħmlu dan b’mod legali, sikur, sigur u affordabbli, u b’hekk ħajjithom se tkun aktar faċli.

Ħafna drabi, l-ostakli offline għas-suq uniku qed jinfirxu għad-dinja diġitali online. Pereżempju, is-swieq online huma fil-biċċa l-kbira domestiċi f’termini ta’ servizzi online. Fl-UE, huma biss 7% tan-negozji żgħar u medji li jbigħu minn fruntiera għall-oħra. Dan jista’ jinbidel billi s-suq uniku jitqiegħed online.

L-għan tal-Kummissjoni Juncker hu li toħloq suq uniku diġitali, fejn il-moviment liberu ta’ oġġetti, persuni, servizzi, kapital u dejta huwa żgurat — u fejn iċ-ċittadini u n-negozji jkollhom aċċess bla ebda xkiel u ġust għall-prodotti u s-servizzi online, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, u jgħixu fejn jgħixu.

Is-suq uniku diġitali jista’ jikkontribwixxi €415-il biljun lejn l-ekonomija Ewropea, biex b’hekk jagħti spinta lill-impjiegi, it-tkabbir, il-kompetizzjoni, l-investiment u l-innovazzjoni. Jista’ jespandi s-swieq u joffri servizzi aħjar u aktar kosteffettivi, jittrasforma s-servizzi pubbliċi u joħloq impjiegi ġodda. Jista’ joħloq opportunitajiet għal negozji ġodda u jippermetti li l-kumpaniji jikbru u jinnovaw f’suq ta’ aktar minn 500 miljun ruħ.

Suq uniku diġitali komplet jista’ jgħin lill-Ewropa żżomm il-pożizzjoni tagħha bħala mexxej dinji fl-ekonomija diġitali.

Objectives
  • Nagħtu spinta lill-kummerċ elettroniku fl-UE billi nindirizzaw il-ġeoimblukkar, u b'hekk it-tqassim transfurtier tal-pakketti isir orħos u aktar effiċjenti
  • Nimmodernizzaw ir-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur fl-UE biex jirriflettu l-era diġitali.
  • Naġġornaw ir-regoli awdjoviżivi tal-UE u naħdmu mal-pjattaformi biex noħolqu ambjent aktar ġust għal kulħadd, nippromwovu l-films Ewropej, nipproteġu t-tfal u nindirizzaw id-diskors ta’ mibegħda
  • Niżguraw iċ-ċibersigurtà fl-Ewropa, billi ninkoraġġixxu l-kooperazzjoni internazzjonali dwar iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberkriminalità.
  • Niżguraw li kulħadd fl-UE jkollu l-aqwa konnessjoni tal-internet possibbli, biex kulħadd ikun jista’ jipparteċipa bis-sħiħ fl-ekonomija diġitali, l-hekk imsejħa “konnettività għal soċjetà Ewropea tal-gigabits
  • Nadattaw ir-regoli dwar il-Privatezza Elettronika għall-ambjent diġitali l-ġdid
  • Ngħinu lill-kumpaniji kbar u żgħar, lir-riċerkaturi, liċ-ċittadini u lill-awtoritajiet pubbliċi biex jagħmlu l-aħjar użu mit-teknoloġiji l-ġodda billi niżguraw li kulħadd ikollu l-ħiliet diġitali meħtieġa, u billi niffinanzjaw ir-riċerka tal-UE fis-saħħa u l-informatika ta’ prestazzjoni għolja

Atti