Il-White Paper hija l-kontribut tal-Kummissjoni Ewropea għas-Summit ta’ Ruma tal-25 ta’ Marzu, fejn il-mexxejja tal-UE se jiddiskutu l-kisbiet ta’ dawn l-aħħar 60 sena u l-futur tal-Unjoni b’27 pajjiż. Sabiex jiġi xprunat dan id-dibattitu, il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Parlament Ewropew u Stati Membri interessati se jlaqqgħu serje ta’ “Dibattiti dwar il-Futur tal-Ewropa” madwar l-ibliet u r-reġjuni tal-Ewropa, bl-impenn tal-Parlamenti nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u s-soċjetà ċivili inġenerali. Il-Kummissjoni se tikkontribwixxi wkoll b’serje ta’ dokumenti ta’ riflessjoni tematiċi li joffru għażliet differenti għall-Ewropa.

Atti