Missjoni

It-“Task force għas-sussidjarjetà, għall-proporzjonalità u biex tagħmel inqas b’mod iktar effiċjenti” kienet stabbilita fl-14 ta’ Novembru 2017 mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker. Din se

  • tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu applikati aħjar il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità
  • tidentifika oqsma ta’ politika fejn ix-xogħol jista’ jiġi delegat mill-ġdid jew definittivament mibgħut lura lejn il-pajjiżi tal-UE
  • issib mezzi biex jiġu involuti aħjar l-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE

Aqra l-istqarrija għall-istampa dwar il-ħolqien tat-task force

Metodi ta' ħidma

Minn Jannar sa Lulju 2018, it-task force kienet qed tiltaqa’ darba fix-xahar dwar suġġetti speċifiċi. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkummentaw dwar id-dokumenti ta’ ħidma relatati ma’ dawn is-suġġetti.

Metodi ta’ ħidma tat-task force dwar is-sussidjarjetà

Laqgħat tat-task force

Dati, dokumenti ta’ ħidma, dettalji tal-laqgħa

Il-maniġment u l-membri

Presidenza

L-ewwel Viċi President Frans Timmermans - inkarigat mir-Regolamentazzjoni Aħjar

Membri

Il-Parlamenti Nazzjonali

  • Toomas Vitsut - President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej tal-Parlament tal-Estonja (Riigikogu)
  • Reinhold Lopatka - President tas-Sottokumitat Permanenti dwar l-affarijiet tal-UE tal-Kunsill Nazzjonali - il-Parlament Awstrijak
  • Kristian Vigenin - President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej u s-Sorveljanza tal-Fondi Ewropej tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Bulgarija

Il-Kumitat tar-Reġjuni

  • Karl-Heinz Lambertz - President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
  • Michael Schneider - Membru tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
  • François Decoster - Membru tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Aqra l-istqarrija għall-istampa dwar il-ħatriet

Il-feedback tiegħek

Il-partijiet interessati setgħu jagħtu l-feedback ġenerali tagħhom dwar il-ħidma tat-task force.

Task Force feedback

Rapport

It-Task Force għaddiet ir-rapport finali tagħha fl-10 ta’ Lulju 2018 lill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker. Hija qed twieġeb għal tliet mistoqsijiet li huwa staqsa lit-Task Force biex tindirizza: kif jiġu applikati aħjar il-prinċipji ta’ sussidjaretà u proporzjonalità fl-istituzzjonijiet tal-UE; kif jiġu involuti aħjar l-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE; u jekk hemmx oqsma ta’ politika fejn, maż-żmien, ir-responsabbiltà tista’ tintbagħat lura lill-Istati Membri.

It-Task Force kkonkludiet li huwa meħtieġ mod ġdid ta’ ħidma fuq is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità biex jippermetti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-parlamenti nazzjonali jagħmlu kontribut effettiv għat-tfassil tal-politika tal-UE u fit-tfassil ta’ leġiżlazzjoni ġdida. L-approċċ il-ġdid propost se jwassal biex is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità jiġu vvalutati b’mod aktar konsistenti mil-livelli kollha ta’ gvern, fuq il-bażi ta’ “mudell ta’ grilja” – tip ta’ lista ta’ kontroll dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Qed jiġi ssuġġerit ukoll, meta terġa’ tippreżenta ruħha l-opportunità għar-reviżjoni tat-Trattati tal-UE, biex jiżdied iż-żmien disponibbli għall-Parlamenti nazzjonali sabiex jikkontribwixxu l-opinjonijiet tagħhom dwar abbozzi ta’ leġiżlazzjoni tal-UE minn 8 ġimgħat għal 12-il ġimgħa. Fl-aħħar nett, rakkomandazzjoni oħra hi li t-tliet istituzzjonijiet tal-UE jaqblu dwar programm pluriennali ffokat li jippromwovi l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-ħidma tal-UE f’xi oqsma ta’ politika lejn implimentazzjoni aktar effettiva ta’ leġiżlazzjoni eżistenti, minflok ma tinbeda leġiżlazzjoni ġdida. Dan jibni fuq l-introduzzjoni, taħt il-Kummissjoni Juncker, ta’ Programmi ta’ Ħidma tal-Kummissjoni aktar immirati u Dikjarazzjonijiet Konġunti annwali maqbula bejn it-tliet istituzzjonijiet dwar il-fajls prijoritarji li għandhom ikunu maqbula matul dik is-sena.

Rapport dwar it-Task Force għas-Sussidjarjetà, għall-Proporzjonalità u “Biex Tagħmel Inqas b’Mod Iktar Effiċjenti”

Skeda informattiva

Stqarrija għall-istampa dwar ir-rapport finali

Filmat – ir-rapport finali tat-Task Force

task_force_on_subsidiarity_proportionality_and_doing_less_more_efficiently

Video Description

Il-passi li jmiss

Il-President Juncker se jistudja r-rapport u jiżgura segwitu xieraq. Il-Kummissjoni Ewropea issa qed tipprepara Komunikazzjoni li tiffoka fuq it-tisħiħ ulterjuri tas-sussidjarjetà, tal-proporzjonalità u tar-regolamentazzjoni aħjar fl-operat ta’ kuljum tal-Unjoni Ewropea, kif imħabbar fil-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2018. Żewġ avvenimenti importanti se jikkontribwixxu għar-riflessjoni dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force. Il-Presidenza Awstrijaka tal-UE se torganizza konferenza dwar is-sussidjarjetà f’Bregenz f'Novembru, li se tipprovdi opportunità biex ikun diskuss ulterjorment ir-rapport tat-Task Force u jkun kkunsidrat kif jistgħu jkunu attwati r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. F’Marzu 2019 is-summit Ewropew tal-bliet u r-reġjuni se joffri opportunità oħra biex jiġu diskussi r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force.

Atti

DownloadPDF - 314.7 KB
DownloadPDF - 122.1 KB
First Vice-President