Policy areas

In-negozjati jkopru tliet oqsma prinċipali.

Background

L-UE u l-Istati Uniti għandhom l-akbar relazzjoni kummerċjali bilaterali fid-dinja.

Flimkien, iż-żewġ ekonomiji huma responsabbli għal madwar nofs il-PDG tad-dinja kollha u kważi għal terz tal-flussi tal-kummerċ dinji. L-Istati Uniti huwa l-ikbar suq ta’ esportazzjoni tal-UE.

L-UE esportat madwar €310 biljuni f’oġġetti (2014) u €160 biljun f’servizzi (2013) lejn l-Istati Uniti. Fl-2013 l-Istati Uniti kien l-ikbar investitur fl-UE, b’€1,650 biljun fi stokks ta' investiment.

Madankollu llum, l-ostakli tariffarji u mhux tariffarji bejn l-UE u l-Istati Uniti għadhom għoljin.

Fl-14 ta’ Ġunju 2013, il-gvernijiet tal-UE taw, b’mod unanimu, mandat lill-Kummissjoni Ewropea biex din tinnegozja Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment mal-Istati Uniti.

Biex it-TTIP issir kif suppost, il-partijiet involuti għandhom id-dmir li jkunu kemm jista’ jkun trasparenti. Dawn id-diskussjonijiet huma l-aktar miftuħa li qatt saru b’rabta ma’ ftehim kummerċjali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tiżgura li n-negozjati jseħħu fi spirtu ta’ fiduċja u ta’ trasparenza reċiproka.

L-UE se tipproteġi l-istandards għoljin tagħha tas-sikurezza tal-ikel, tar-regoli ambjentali u tal-konsumatur, tal-privatezza, tal-kura tas-saħħa, tal-protezzjoni soċjali u tad-diversità kulturali. Il-Parlament Ewropew u l-gvernijiet tal-UE – li d-dritt tagħhom għar-regolamentazzjoni ma jiġix affettwat – huma involuti mill-qrib fin-negozjati. Negozji, gruppi ambjentali, trejdjunjins u organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jiġu kkonsultati kif xieraq.

In-negozjar ta’ dan il-ftehim mal-Istati Uniti huwa parti mill-istrateġija l-ġdida dwar il-kummerċ u l-investiment tal-Kummissjoni, li għandha l-għan li twassal għal politika kummerċjali aktar effettiva u responsabbli.

Objectives
  • Noħolqu impjiegi u tkabbir mingħajr l-użu tal-flus pubbliċi
  • Nippermettu varjetà aktar wiesgħa ta’ oġġetti u servizzi
  • Inkabbru l-influwenza tal-UE fid-dinja – billi nattiraw aktar investiment, nistabbilixxu standards għoljin fil-kummerċ dinji, u nipproġettaw il-valuri tagħna
  • Nużaw l-opportunità unika biex nirriformaw il-protezzjoni tal-investiment
  • Ngħinu lill-kumpaniji tal-UE – partikolarment l-SMEs – biex jikkompetu barra minn pajjiżhom
  • Nespandu r-regoli tal-kummerċ għall-enerġija, il-kompetizzjoni u l-iżvilupp sostenibbli

Atti