Ħu sehem hawnhekk
Int mistieden tikkontribwixxi għal din il-konsultazzjoni online abbozzata miċ-ċittadini nnifishom. Tista’ wkoll tirreaġixxi għall-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, u tipparteċipa fid-Djalogi taċ-Ċittadini organizzati mill-Kummissjoni Ewropea jew f’dibattiti oħra f’pajjiżek. Il-mexxejja tal-UE għandhom impenn lejn Ewropa li tikseb riżultati reali fil-kwistjonijiet li huma l-iktar importanti għan-nies.
Qabel is-Summit tal-UE ddedikat f’Sibiu, ir-Rumanija, u l-elezzjonijiet Ewropej fl-2019, il-mexxejja nazzjonali qablu dwar kwistjonijiet u sfidi urġenti li jeħtieġu soluzzjonijiet.