Azzjoni Klimatika

Għażliet metodoloġiċi sabiex tiġi stabbilita l-lista tas-setturi u tas-subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta’ karbonju, għall-perjodu 2021–2030

20/11/2017 - 12/02/2018
Titlu

Għażliet metodoloġiċi sabiex tiġi stabbilita l-lista tas-setturi u tas-subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta’ karbonju, għall-perjodu 2021 – 2030

Qasam/Oqsma ta’ politika

Azzjoni Klimatika

Grupp(i) fil-mira

Iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u l-awtoritajiet kollha huma mistiedna jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni.

Perjodu ta' konsultazzjoni

Mill-20 ta’ Novembru 2017 sat-12 ta’ Frar 2018

Objettiv tal-konsultazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tniedi din il-konsultazzjoni biex tiġbor il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati u taċ-ċittadini fir-rigward tal-għażliet metodoloġiċi li jridu jsiru biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet diġà previsti fid-Direttiva tal-EU ETS fir-rigward tal-valutazzjoni tas-setturi, abbażi ta’ kriterji stabbiliti, li tirriżulta fil-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

Kif tista’ tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek

Fl-interess tat-trasparenza, il-Kummissjoni qed titlob lill-organizzazzjonijiet li jixtiequ jibagħtu l-kummenti fil-kuntest ta' konsultazzjonijiet pubbliċi biex jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-pubbliku ġenerali b'informazzjoni dwar x'jirrappreżentaw u lil min billi jirreġistraw fir-Reġistru tat-Trasparenza u jissieħbu mal-Kodiċi tal-Kondotta. Jekk organizzazzjoni tiddeċiedi li ma tipprovdix din l-informazzjoni, hija l-politika ddikjarata tal-Kummissjoni li din il-kontribuzzjoni titniżżel bħala parti mill-kontribuzzjonijiet individwali. (L-Istandards ta' Konsultazzjoni, ara COM(2002) 704, u l-Komunikazzjoni dwar is-Segwitu tal-ETI, ara COM(2007) 127 tal-21/03/2007). Jekk l-organizzazzjoni tiegħek mhijiex irreġistrata, għandek l-opportunità li Tirreġistra issa.

Il-kontribuzzjonijiet li jaslu se jiġu ppubblikati fuq l-Internet. Huwa importanti li taqra l-istqarrija dwar il-privatezza speċifika mehmuża ma’ din il-konsultazzjoni għal informazzjoni dwar kif id-data personali u l-kontribuzzjoni tiegħek se jiġu ttrattati.

Ara l-kwestjonarju
Dokumenti ta' referenza u konsultazzjonijiet relatati oħra
Dettalji ta’ kuntatt

Id-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika - Unità B2

E-mail: CLIMA-CARBON-LEAKAGE@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission
Directorate-General Climate Action
Unit B2
B-1049 Bruxelles
Belgium
Ara l-kontribuzzjonijiet
Riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss