Titlu |
---|
L-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ Vetturi Heavy-Duty (HDVs) |
Deskrizzjoni |
Din il-konsultazzjoni tipprovdi opportunità liċ-ċittadini biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar miżuri possibbli tal-UE biex irażżnu b’mod attiv l-emissjonijiet tas-C02 minn vetturi heavy-duty. |
Data tal-ftuħ |
20/11/2017 |
Data tal-għeluq |
29/01/2018 |
Suġġetti |
Emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty |
Oqsma ta' politika |
Azzjoni Klimatika, Enerġija, Trasport, Mobilità, Ambjent |
Dipartimenti |
DĠ CLIMA |
Grupp(i) fil-mira |
Iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet kollha huma mistiedna jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni. Il-kontribuzzjonijiet huma partikolarment imfittxija minn partijiet ikkonċernati industrijali speċifiċi fis-settur tal-vetturi heavy-duty, bħall-manifatturi, il-fornituri tal-komponenti u l-operaturi tal-vetturi/loġistiċi, u l-organizzazzjonijiet ambjentali. |
Objettiv tal-konsultazzjoni |
Il-Kummissjoni qed twettaq din il-konsultazzjoni biex tkun infurmata b’mod adegwat mill-opinjoni pubblika bħala tħejjija għal azzjoni leġiżlattiva futura possibbli fil-qasam tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDVs u se tippubblika r-riżultati tagħha f’għamla kkonsolidata. |
Kif tibgħat it-tweġiba tiegħek |
Fl-interess tat-trasparenza, il-Kummissjoni qed titlob lill-organizzazzjonijiet li jixtiequ jibagħtu l-kummenti fil-kuntest ta' konsultazzjonijiet pubbliċi biex jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-pubbliku ġenerali b'informazzjoni dwar x'jirrappreżentaw u lil min billi jirreġistraw fir-Reġistru ta' Trasparenza u jissieħbu mal-Kodiċi tal-Kondotta. Jekk organizzazzjoni tiddeċiedi li ma tipprovdix din l-informazzjoni, hija l-politika ddikjarata tal-Kummissjoni li din il-kontribuzzjoni titniżżel bħala parti mill-kontribuzzjonijiet individwali. (L-istandards ta' Konsultazzjoni, ara COM(2002) 704, u l-Komunikazzjoni dwar is-Segwitu tal-ETI, ara COM(2007) 127 tal-21/03/2007). Jekk l-organizzazzjoni tiegħek mhijiex irreġistrata, għandek l-opportunità li Tirreġistra issa. Il-kontribuzzjonijiet li jaslu se jiġu ppubblikati fuq l-Internet. Huwa importanti li taqra l-istqarrija ta' privatezza speċifika mehmuża ma’ din il-konsultazzjoni għal informazzjoni dwar kif id-data personali u l-kontribuzzjonijiet tiegħek se jiġu ttrattati. Għat-trasparenza u l-ħeffa tal-aċċess il-Kummissjoni tinkuraġġixxi lill-partijiet ikkonċernati li jużaw il-kwestjonarju onlajn biex jesprimu l-opinjonijiet. Dawk li jwieġbu l-kwestjonarju online se jkunu jistgħu japplowdjaw dokument, bħal dokument ta’ pożizzjoni. Dan id-dokument se jiġi ppubblikat flimkien mat-tweġiba. |
Ara l-kwestjonarju |
Il-kwestjonarju hu disponibbli permezz ta’ EU Survey. Qabel ma twieġeb, jekk jogħġbok kun ċert li taqra l-istqarrija ta’ privatezza speċifika msemmija hawn fuq. |
Pubblikazzjonijiet ta’ referenza |
Fajls ta’ referenza |
Informazzjoni addizzjonali |
Links relatati |
Kuntatt |