Azzjoni Klimatika

Iffranka l-ilma

Uża l-ilma b’mod responsabbli. 2.5% biss tal-ilma fid-Dinja hu ilma tajjeb għax-xorb. Minn dan, aktar minn żewġ terzi hu ffriżat fil-glaċieri u fis-silġ polari.

  • Tnaqqis tal-użu tal-misħun tiegħek jiffranka l-enerġija – u l-flus! Installa viti u rjus tad-doċċa b’arjazzjoni biex tnaqqas il-konsum tal-ilma tiegħek.
  • Agħlaq il-vit int u taħsel snienek. Vit miftuħ jaħli sa 8 litri ilma fil-minuta!
  • Jekk vit iqattar, sewwih. Inkella, tista’ taħli sa litru ilma fis-siegħa, l-ekwivalenti ta' banju ilma fil-ġimgħa.
  • Iċċekkja jekk it-tojlit hux inixxi. Tojlit inixxi jista' jaħli 200 litru ilma kuljum − daqslikieku wieħed jifflaxxja 50 darba.
  • Saqqi l-pjanti tiegħek tard filgħaxija jew kmieni filgħodu, meta anqas ilma jintilef permezz tal-evaporazzjoni.
  • Uża termos. Meta tgħalli l-ilma għal xarba sħuna, għalli biss dak li għandek bżonn, jew ferragħ dak li jibqa' f'termos biex iżomm l-ilma sħun għat-tazza li jmiss.